Marsaxlokk ASC jinvesti fil-futur

Friday, June 14, 2013, 9:22
 Marsaxlokk Aquatic Sports Club qiegħed jimmira sabiex jipromwovi l-isports b’mod specjali l-isports akwatiku kollu sabiex jinvesti fit-tfal u żgħażgħ billi jipprovdi opportunita’ ta’ taħriġ organiżżzoni serja u xierqa u faċlitajiet sportivi fil-klabb.Fil-fatt l-ewwel prijorita’ tal-Kumitat tagħna kien li nibdew norganiżżw taħriġ fl-għawm għat-tfal peress li dan kien mhux biss mixtieq iżda wkoll bżonn. Dan sar  b’suċċss tul l-2011 u 2012  fejn anki hadna sehem fit time trials il Pixxina Nazzjonali tal Qroqq u il-ħsieb huwa li nżidu opportunitajiet għal dawn it-tfal u żgħażagħ fil-qasam mhux biss tal-għawm u l-waterpolo iżda wkoll open water swimmingcanoeingyachting u dak kollhu li ghandu x jaqsam mal bahar  . Illum ghandna 3 coaches kwalifikati u naghtu taghlim lit tfal ta kull eta minn 5 snin il fuq , fis sajf mit tnejn sal gimgha  u fix xitwa 3 darbiet fil gimgha wahda tkun il pixxina heated Tal Qroqq .Hemm ukoll opportunitajiet sbieħ għal tahriġ fil coaching, fejn il klabb taghna lest li jisponsorja lil minn hu interesat jghallem lit tfal taghna   ,li min-naħa tal-ASA  tipprovdi  tahrieg u courses fit taghalliem  tal għawm u l-waterpolo .Din is sena ghamilna pass iehor fid -direzzjoni it tajba fejn ghandna team tal kbar u hadna sehem fil winter league u issa beda l- istagun tas sajf fejn gibna 2 players  Ungerizi , hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil kull minn qed jghin lit team tal kbar li impossibli li insemmijhom kollha . Il-Klabb tal-futur ta’ Marsaxlokk ASC huwa maħsub li jittejjeb mhux biss id dehra u estetika iżda speċalment b’mod aċċessibli, strateġku u sostenibli. Dan jista’ jsir biss b’ħidma għaqlija u sapport ħolistiku ta’ kulħadd. Nittamaw li din il-ħidma hija wkoll dik tagħkom sabiex inkunu nistgħaw nagħmluha rejaltà. Dan ix xoghol kollhu jsir volontarjament mil membri tal kumitat u volontiera ohra , ta minn isemmi li sar progress kbir fid -dehera tal pitch fejn jigu organizzati fundraising u attivitajiet ghal familja kollha .
Membri tal kumitat
President Victor Fenech , segretarja Carol Fenech , tezorier Mark Mifsud ,vici President Gino Seychell , vici Segretarja Susan Debono , vici Tezorier Alfred Falzon , membri , Andel Mifsud , Anglu Scicluna , Lucienne Seychell , Stephen Grech ,Martin Zerafa , David Blundell , coaches David Blundell , Rachelle Cutajar ,Rita  Timmy Cammileri  
 




Leave a comment