Marsaskala FC Nursery – Laqgħa importanti nhar il-Ġimgħa li ġej

Tuesday, August 28, 2012, 15:02

Marsaskala FC Youth Nursery se torganiżża laqgħa importanti  għat-tfal digà registrati mal-klabb kif ukoll għal dawk interessati jingħaqdu man-nursery li matulha se jingħata tagħrif importanti dwar l-istaġun il-ġdid. Importanti li jattendu wkoll il-ġenituri fejn se tingħata l-okkażjoni wkoll lil dawk it-tfal li jkunu jixtiequ jirreġistraw dakinhar stess. Il-laqgħa se ssir nhar il-Gimgħa, fis-7.00 p.m. fis-sala tal-kappillan taħt il-knisja parrokkjali. Min jixtieq iktar tagħrif jikkuntattja lill-head coach, Louis Facciol fuq 9942 0026, jew lill-kowċ Albert Mifsud fuq 7966 6028 jew lil Edward Debono fuq 9982 2051.





Leave a comment