Marsaskala FC jerġgħu jagħmluha!

Saturday, August 24, 2013, 11:20

minn Robert Busuttil

Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Marsaskala sabiex jirbħu t-Turnament Maurice Debono meta għelbu lil Għargħur bl-iskor ta’ 2-0. Huma kellhom bżonn rebħa sabiex jaċċertaw ruħhom mir-rebħa finali.

Dan it-turnament, li ġie organizzat minn Sirens FC, ħadu sehem fih ukoll it-tim Għawdxi ta’ SK Victoria Wanderers u Sirens FC. Fil-logħbiet l-oħra Marsaskala rebħu lil Sirens 4-2 u tilfu ma’ Victoria W 3-1.

Kull tim lagħab tliet logħbiet u l-klassifika finali rriżultat hekk: Marsaskala 6 punti, SK Victoria Wanderers 5 punti, Għargħur 4, Sirens FC 0 punti.

Marsaskala FC, li ġew mwaqqfa fis-sena 2010, għadhom kemm iċċelebraw il-promozzjoni għall-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni.





Leave a comment