Marsaskala FC ipprezentati b’Gieh Marsaskala

Wednesday, September 4, 2013, 12:23
Fi tmiem il-Gimgha li ghaddiet kien ikkommemorat Jum Marsaskala, bit-tim tal-lokal, Marsaskala FC ikun ipprezentat b’Gieh Marsaskala mill-Kunsill Lokali b’rikonoxximent ghar-rebh tal-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni tal-MFA. Filwaqt li s-Sindku tal-lokal, Mario Calleja, heggeg lill-genituri u residenti biex jappoggjaw lil dan il-klabb u n-nursery tieghu, il-President ta’ Marsaskala FC, in-Nutar Reuben Debono, tenna l-appell biex il-klabb ikollu facilitajiet adegwati bhalma ghandhom lokalitajiet ohra, b’mod partikolari biex ikunu akkomodati t-tfal li jattendu n-nursery li l-ammont taghhom dejjem jizdied f’din il-komunita zaghzugha.




Leave a comment