Marsa jirbħu r-Regatta 2016

Saturday, September 10, 2016, 10:55

Il-Marsa jirbħu r-Regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja.  Bormla jirbħu Kategorija B

Gavin Muscat

Id-distrett tal-Marsa rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja wara li għeleb il-kompetizzjoni mid-distrett tal-Isla, bl-aħħar tellieqa tkun dik deċiżiva. Il-Marsa spiċċaw il-ħames tiġrijiet b’total ta’ 64 punt, bl-Isla jispiċċaw b’46 punt.  Fit-tielet post spiċċa d-distrett ta’ Bormla bi 28 punt. Warajhom Marsamxett b’16-il punt, il-Birgu b’14-il punt u id-distrett ta’ Birżebbuga b’4 punti.

Id-distrett tal-Marsa spiċċa fl-ewwel post fi tliet itlielaq dik tad-dgħajjes A tal-midalji, u iż-żewġt itlielaq tad-dgħajjes C tal-pass kemm b’żewġ qaddiefa u anke b’4 qaddiefa.  Intant ma għamlu l-ebda pjazzament fiż-żewġt itlielaq tal-frejgatini u tal-kajjikki.

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ kategorija B tar-regatta li saret illum.  Huma temmew il-ħames tiġrijiet b’total ta’ 60 punt, erbgħa punti biss fuq id-distrett tal-Marsa li spiċċaw fit-tieni post b’56 punt.  Bid-distrett tal-Isla spiċċa fit-tielet post b’44 punt.  Il-Kalkara temmew din il-kategorija bi 8 punti filwaqt li l-Birgu spiċċaw b’total ta’ 4 punti.

Bormla daħlu l-ewwel fl-ewwel tiġrija dik tad-dgħajjes C tal-pass b’żewġ qaddiefa u dgħajjes A tal-midalji.  Filwaqt li spiċċaw fit-tieni post fl-aħħar tiġrija tad-dgħajjes B tal-pass b’4 qaddiefa u t-tielet fit-tellieqa tal-kajjikki.  Bl-uniku tellieqa li ma’ jieħdu l-ebda punt tkun dik tal-frejgatini.

Is-segretarju parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Zgħazagħ u Sport Chris Agius jipprezenta t-trofej u x-Shield lir-rebbieha.

Ir-riżultati kollha jinsabu fuq is-sit www.sportmalta.org.mt





Leave a comment