Mark Spiteri rebaħ midalja tal-bronż storika fit-Tazza tad-Dinja tas-Seniors fil-Bowling

Friday, September 6, 2019, 9:33

Mark Spiteri rebaħ midalja tal-bronż storika fit-Tazza tad-Dinja tas-Seniors li qiegħda tintlagħab bħalissa f’Las Vegas.

Wara li spiċċa fit-tielet post minn 159 plejer ġejjin minn 41 pajjjiż, fejn lagħab medja ferm għolja ta’ 223. Spiteri kellu jilgħab kontra l-Amerikan Lennie Boresch li kkwalifika fit-tielet post. Kienet taqtigħa ferm sabiħa sas-seba’ frejm meta żball żgħir ta’ Spiteri fetaħ it-triq lil Boresch li rebaħ 246-223. Boresch kompla biex rebah it-Tazza tad-Dinja meta fil-finali għeleb lill-Kanadiż Michael Snow.

It-Tazza tad-Dinja tas-Seniors tkompli bid-doubles, it-tim event u fl-aħħar il-Masters.

Ringrazzjamenti kbar imorru lejn l-Awtorità tat-Turizmu, VisitMalta.com, l-Eden Super Bowl u l-MTBA li mingħajr l-għajnuna tagħhom kien ikun kważi impossibbli biex nieħdu sehem b’suċċess f’dawn il-kampjonati.





Leave a comment