Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters fit-Tazza Ewropea tas-Seniors

Sunday, February 2, 2020, 13:50

Spiteri kellu jilgħab il-5 stadji kollha tal-Masters wara li spiċċa fit-13-il post minn 96 plejer wara ġimgħa logħob.

Spiteri l-ewwel għeleb lil Freyr Bragason tal-Islanda 2-0, u wara għeleb lil Peter Knopp mill-Ġermanja u mbagħad rebaħ lit-Taljan Marco Reviglio 2-1. Huwa mbagħad iffaċċja lil Andy Gillespie mill-Iskozja fis-semifinali u rebaħlu 2-1, biex ġie kontra l-Awstrijak Panzerboeck

Spiteri lagħab logħob ferm sabih ta’ 241 u 257 biex iddomina kompletament lill-avversarju tiegħu, u dan rebaħ id-deheb fl-avveniment prestiġjuż tal-Masters li għalaq il-Kampjonat Ewropew tal-Masters.

Ta’ min ifakkar li Spiteri kien rebaħ ukoll il-bronż fi-Kampjonati tad- Dinja tas-Seniors fl-Istati Uniti fl-2019.

Dawn il-Kampjonati Ewropej tas-Seniors  kienu suċċess kbir għall-bowling Malti, hekk kif minbarra d-deheb prestiġjuż ta’ Spiteri fil-Masters, Sue Abela rebħet il-Midaja tad- deheb fl-All Events, kif ukoll dik tal-fidda fis-Singles tan-Nisa.





Leave a comment