Mark Spiteri kiteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-Tenpin Bowling fil-Kampjonati Dinjija f’Las Vegas

Thursday, September 12, 2019, 10:12

Wara li rebaħ l-ewwel midalja għall-Malta fil-Kampjonati Dinjija, wara li ġie t-tielet fl-event tas-Singles, Spiteri kiteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-Tenpin Bowling meta rnexxielu jikkwalifika għall-Masters.  Dan wara li bir-riżultat tiegħu ta’ medja 211.67, spiċċa fit-tnax-il post fl-All Events.  B’hekk huwa seta’ jilgħab fil-Masters, fejn l-aqwa 24 atleta fid-dinja ikkompetew fl-istadju knockout, fl-aqwa minn 3 logħbiet.

L-avversarju ta’ Mark kien in-Norveġiż xellugi Ingar Gabrielsen, ġgant tal-fuq minn 6 piedi u nofs.  Spiteri tilef l-ewwel logħba, iżda mbagħad rebaħ it-tieni waħda.  Ingar pero irnexxielu jirbaħ it-tielet logħba biex ċaħħad lil Spiteri milli jkompli javvanza.

Mark Spiteri kien akkumpanjat minn Kenneth Arpa, Dennis Mercieca u Steve Cassar u l-logħba tagħhom fit-tim ta’ b’4 b’punteġġ ta’ 923, tinkiteb fir-rekords tal-Malta Tenpin Bowling bħala waħda mill-ogħla logħbiet irrekordjati minn timijiet f’events Internazzjonali.

Ringrazzjament imur għall-Malta Tenpin Bowling Association u visitmalta.com li sponsorjaw lit-tim Malti.





Leave a comment