Mark Meli l-aqwa skorer fil-Kanada
Saturday, April 2, 2011, 10:27minn Cristian Muscat
Hekk kif ftit tal-jiem ilu, dan is-sit ħabbar li Mark Meli kien qed ikollu esperjenza ta’ suċċess fil-Kanada, issa l-kampjonat Kanadiż wasal fi tmiemu u mhux hekk biss – il-plejer Malti Mark Meli spiċċa l-aqwa skorer ta’ dan il-kampjonat b’ 55 gowl fl-ewwel esperjenza tiegħu fil-waterpolo f’ dan il-pajjiż.
Din hija l-lista tal-aqwa skorers fil-Kampjonat Kanadiż:
1 Mark Meli- Toronto Golden Jets – 55 gowl
2 Nicola Mitrovic- Gatineau Internationals - 49 gowl
3 Andrew Robinson- Dollard Devils -42 gowl
4 Patrick Ahmarani- Dollard Devils – 37 gowl
5 Jamie Earle- Toronto Golden Jets- 33 gowl
6 Ognen Gutovic- Carleton University WC -32 gowl
7 Vlad Andreyev -York Mavericks -31 gowl
8 Jon Ruse Dollard- Devils -29 gowl
9 Israël Thérien- CAMO Roadrunners- 29 gowl
10 Dusan Lazarevic- York Mavericks – 28 gowl
Dan is-sit ghamel kuntatt ma’ Mark meli fil-Kanada fejn qalilna li fis-semi-finali tal-kampjonat Kanadiż li jintlghab fuq bazi ta’ knock-out, it-tim tieghu Golden Jets għamel rebħa storika kontra Camo l-iskor ta’ 8 b’ 6. Din kienet rebha storika għal Golden Jets minħabba li rebħu lil Camo għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Iżda sfortunatament, it-tim ta’ Mark Meli tilef il-finali kontra York bl-iskor ta’ 7 b’ 6 fil-ħin barrani.
Mark Meli għandu jirritorna Malta fil-futur qarib biex jagħti s-servizzi tieghu mal-klabb rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tan-Knockout Sliema Mc Donalds fil-Kampjona tas-Sajf.

well done cristian muscat for this story and tks for your love to Waterpolo
[Reply]