Mark Meli jilgħab il-Kanada

Thursday, March 31, 2011, 6:00

minn Cristian Muscat

Mark Meli in action with Sliema last season

F’ Diċembru tas-sena l-oħra il-plejer tal-waterpolo ta’ Sliema Mc Donalds Mark Meli beda esperjenza ġewwa l-Kanada biex hemmhekk ilesti l-istudji tieghu fil-’business management’. Izda wkoll huwa beda esperjenza fl-isport li tant iħobb il-waterpolo mat-tim Golden Jets li huwa club minn Toronto.

Il-kampjonat fil-Kanada huwa compost minn tmien timijiet ġejjin minn Ontario kif ukoll mill-Quebec. Il-kampjonat beda f’ Jannar li għadda bil-finali jsiru fl-aħħar ta’ dan ix-xahar u għalhekk Mark Meli se jkun qed itemm il-kampjonat ma’ Golden Jets.

Interessanti huwa l-fatt li fil-Kamponat Kanadiż il-plejers ma jithallsux izda sahansitra jkollhom iħallsu biex jilghabu u ghalhekk dan jikkuntrasta ma’ pajjizi Ewropej. Għalhekk Mark huwa responsabbli li jħallas lill-klabb tieghu biex jilghab kif ukoll irid ihallas għall-ispejjez involuti kull darba li t-tim tieghu jilghab barra minn daru.

It-tim li miegħu jilgħab Meli, Golden Jets, jittrenja erba’ darbiet fil-gimgha, saghtejn kuljum. Ghalkemm il-livell tat-tim Kanadiż huwa inferjuri għal dak ta’ Sliema, ma’ dan it-tim hemm jilgħabu plejers b’ talent kbir fosthom barranin. Fil-kampjonta Kanadiz hemm ukoll hafna plejers tajbin, l-iktar mal-clubs li ġejjin mill-Quebec minħabba li huma għandhom numru ta’ ex plejers tat-tim nazzjonali Kanadiz.

sportinmalta.com għamel kuntatt ma’ Mark Meli fil-Kanada fejn dan qalilna li t-tim tieghu Toronto Golden Jets laqghuh hafna u jinsab kuntent ħafna magħhom fejn ma stenniex li se jkollu esperjenza daqshekk pozittiva. Huwa qal li t-tim tiegħu għandu spirtu pożittiv u hemm ghaqda kbira bejn il-plejers. U mhux talli hekk – bħalissa Mark huwa l-aqwa skorer tat-tim tiegħu fejn irnexxielu jiskorja 40 gowl fi hmistax il loghba u ghalhekk ghandu medja ta’ iktar minn 3 gowls f kull loghba. Huwa wkoll jinsab it-tielet fil-lista tal-aqwa skorers fil-kampjonat Kanadiz.

Meta mistoqsi minn sportinmalta.com fejn biħsiebu jkompli l-karriera tieghu, Meli wieġeb li se jkompli jilgħab il-waterpolo f’ Malta fejn fil-fatt se jirrittorna lejn l-ahhar t’ April biex ikompli t-tahrig tiegħu ma’ Sliema Mc Donalds bi preparazzjoni għall-kampjonat nazzjonali tal-waterpolo.

Mark Meli beda l-karriera tal-waterpolo fl-eta’ mhux daqshekk żgħira ta’ 14 –il sena. Huwa prodott ta’ Sliema Waterpolo Club kif fil-fatt kien ukoll missieru. Minn mindu ingħaqad mat-tim tal-kbar fl-2003 huwa rebah tliet kampjonat u erba’ knockouts mat-tim Slimiż, u sar plejer fundamentali għall-istess tim. Meli ilu jilgħab mat-tim nazzjonali għal dawn l-aħħar ħames snin u qed jaspira li jkun parti mi-tim nazzjonali fl-aħħar żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-irgiel fis-sajf li ġej.





1 Comment

  1. Robert says:

    well done for your success! unluckily golden jets have finished second conrats as you finished top scorer of the league! :)

    [Reply]

Leave a comment