- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mark Marlow ikkonfermat fil-Kumitat Eżekuttiv tal-European Federation For Company Sport

Posted By Sportinmalta On June 20, 2018 @ 10:07 am In Featured,Other | No Comments

Il-President tal-Malta Employees Sports Association (MESA), Mark Marlow, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie kkonfermat bħala Membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-European Federation for Company Sport (EFCS) għall-erba’ snin li ġejjin waqt il-Kungress tal-Federazzjoni Ewropeja f’Ljubljana, is-Slovenja. Dan se jkun it-tieni term għal Marlow, li kien ġie elett għall-ewwel darba fl-2014 f’Riccione, l-Italja. Din id-darba Marlow ingħata vot qawwi mid-delegati ta’ aktar minn 30 pajjiż Ewropew li attendew għall-Kungress, meta kiseb it-tielet l-akbar ammont ta’ voti minn sitta li ġew eletti bħala Membri fil-Kumitat Eżekuttiv.

Il-Kungress f’Ljubljana ddeċieda wkoll il-belt li se torganizza l-24 edizzjoni tal-European Company Sport Games fl-2023 bil-belt rebbieħa tkun Bordeaux (Franza) minn fost tliet kandidati li kkontestaw, bit-tnejn l-oħra jkunu Fredrikshavn (Danimarka) u Ljubljana (Slovenja). Dawn il-Games isiru kull sentejn u wara s-suċċess li kellhom Ghent (Belgju) s-sena li għaddiet meta ħadu sehem aktar minn 5,000 atleta fi 23 sport differenti, is-sena d-dieħla l-belt Awstrijaka ta’ Salzburg qed timmira li taqbeż is-6,000 atleta meta se torganizza t-22 edizzjoni, waqt li t-23 edizzjoni fl-2021 se jsiru f’Arnhem, l-Olanda.

Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mark-marlow-ikkonfermat-fil-kumitat-ezekuttiv-tal-european-federation-for-company-sport/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.