Mark Gauci u Angelo Borg iffirmaw ma’ Valletta Subbuteo Club
Thursday, June 6, 2019, 14:44Valletta Subbuteo Club iċ-ċampjins ta’ Malta u r-rebbieħa tan-Knock Out għamlu l-ewwel akkwisti tagħhom għall-istaġun li ġej. Mark Gauci u Angelo Borg iffirmaw ma’ Valletta Subbuteo Club wara li għadhom kemm spiċċaw staġun jilagħbu ma’ tim Taljan. Gauci u Borġ huma żewġ plejers b’ħafna esperjenza għax lagħbu għal diversi snin ma’ klabbs barranin u rebħu wkoll bosta unuri kemm lokali kif ukoll internazjonali. Huma mistennija jagħtu l-ewwel debutt tagħhom f’Ottubru li ġej, meta ser jkunu qed jilagħbu fiċ-Champions League f’Caen fi Franza.
