Marcon Bezzina b’injury serja

Wednesday, June 1, 2011, 19:28

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

 L-avventura f’Liechtenstein għal Marcon Bezzina kellha tintemm ħesrem wara l-kompetizzjoni tal-individwali meta l-judoka Marcon Bezzina li weġġgħet idha fl-ewwel konfront tagħha t-Tlieta, ingħatat parir mit-tobba sabiex ma tieħux sehem fil-kompetizzjoni tat-timijiet li kellha ssir il-Ħamis.

Marcon Bezzina fotografata riċentament

Marcon Bezzina fotografata riċentament

B’hekk Malta mhux se tkun qed tikkompeti fil-kategorija tat-timijiet peress li f’Vaduz huma biss Marcon Bezzina u Joanna Camilleri  l-judokas nisa preżenti.

“Li kien għalija xtaqt nibqa’ nilgħab imma wara li filgħaxija għamilna l-MRI irriżulta li għandi żewġ ligamenti mġebbdin u wieħed imċarrat u allura ma jagħmilx sens li niopprova nerġa’ niġġieled. Allinqas għal din il-ġimgħa. Diżappuntata ħafna b’dak li ġara aktar u aktar meta fl-uniku ġlieda li rbaħt irnexxieli nagħmel dan kontra l-atleti li spiċċat rebħet il-midalaj tad-deheb. Wara nofsinhar ilbieraħ iltqajt mat-tabiba Lucienne Attard flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-Federezzjoni tal-Judo u flimkien ħadna d-deċiżjoni li ma nistax lanqas nipprova nikkompeti b’din l-injury minħabba l-fatt li l-atleta li kont se niġġieled kontriha tiżen madwar 15kg aktar minni.”

Għall-mistoqsija kif irnexxielha jkollha l-aħjar ġlieda kontra r-rebbieħa tal-midalja tad-deheb meta kienet diġa’ weġġgħet, Bezzina qalet li qabel din il-ġlieda kienet ħadet xi pilloli għall-uġiegħ u dak il-ħin dawn  bdew jagħmlu l-effett tagħhom. Hi rrimarkat ukoll li issa se tikkonċentra fuq il-kampjonat tad-dinja tal-judo li se jsir f’Awwissu u qed tittama li sa tliet xhur oħra tilħaq tikseb il-forma fiżkika kollha.





Leave a comment