Marcelo Pereira jingħaqad ma’ Vittoriosa Stars

Monday, July 18, 2011, 16:04

minn Cristian Muscat

Vittoriosa Stars assiguraw is-servizzi tal-istriker Brażiljan Marcelo Pereira f’kuntratt ta’ sena. Pereira wasal Malta fis-sajf tal-2007, meta ngħaqad ma’ Mqabba fil-kampjonat BOV Premier. Fl-istaġun ta’ wara, huwa lagħab ma’ Marsaxlokk iżda f’dawn l-aħħar żewġ staġuni lagħab ma’ Ħamrun Spartans.

L-iStars s’ issa assiguraw is-servizzi t’ Adam Spiteri, Shawn Tellus u Josef Dalli waqt li Joe Brincat ingħaqad ma’ Vittoriosa bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.





Leave a comment