Marcelo Barbosa (Għarb Rangers) jirbaħ il-BOV GFA Plejer tax-Xahar ta’ Marzu

Tuesday, April 17, 2018, 12:02

L-attakkant ta’ Għarb Rangers Marcelo Barbosa huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Marzu 2018.

Barbosa ngħaqad mar-Rangers f’Jannar u kiseb l-ammirazzjoni tad-dilettanti tal-futbol f’Għawdex, mhux biss bil-ħiliet tekniċi u fiżiċi tiegħu, imma wkoll bil-gowls deċiżivi li għamel. Il-kontribut tal-Brażiljan għen lill-Għarb joħorġu miż-żona tar-relegazzjoni u jerġgħu jkunu kompetittivi kontra timijiet aktar ’il fuq fil-klassifika.

Barbosa ta’ 27 sena skorja l-gowl tar-rebħa ta’ Għarb bl-iskor ta’ 1-0 fuq Xewkija Tigers u anke sab ix-xibka fid-draw ta’ 3-3 li t-tim tiegħu kiseb kontra t-tim fit-tieni post tal-klassifika, Nadur Youngsters. L-aktar kontribut sinifikanti tiegħu kien fit-tieni rebħa ta’ Għarb fuq Xewkija bl-iskor ta’ 5-3 fejn Barbosa skorja xejn anqas minn 4 mill-gowls tat-tim tiegħu.

Horace Laudi, l-Eżekuttiv Reġjonali għal Għawdex tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Marzu 2018 lil Barbosa li għażel lill-Fondazzjoni Arka biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment