Maratona tal-Pool b’risq Puttinu Cares

Thursday, May 12, 2016, 23:15

Gavin Muscat

Ghal sena ohra il-Kullegg Santa Margerita, skola sekondarja subien tal-Verdala se torganizza il-maratona ta’ gurnata loghob tal-Pool bil-ghan li jingabru fondi b’risq Puttinu Cares. Il-maratona se ssir is-sibt 14 ta’ Mejju f’Tigne Point Tas-Sliema mill-10 ta’ filghodu ‘l quddiem.

Tnax -il student mill-iskola tal-Verdala se jikkompetu bejnithom f’loghob kontinwu ta’ Pool. Minkejja li l-loghob se jkun kompetittiv, l-ghan principali jibqa’ dak filanatropiku sabiex jghin l-organizazzjoni Puttinu Cares fil-hidma siewja taghhom.

Il-maratona hija wahda mill-attivitajiet principali organizzati mill-iskola u imtella’ b’mod kongunt mill-istudenti u l-ghalliema taghhom. Hija mezz li bih jitrawwem sens ta’ altruwiżmu filwaqt li l-istudenti jifhmu li huma wkoll għandhom sehem x’jagħtu lis-soċjeta’.

Ġie deċiż li dan isir permezz ta’ attivita’ sportiva, minħabba li l-isport jiġbor fih l-elementi ta’ dixxiplina, ħbiberija, dedikazzjoni u impenn. Intgħażel il-Pool għax huwa sport popolari ħafna magħna l-maltin, sport li jiġi pprattikat ħafna fil-każini u l-klabbs lokali.





Leave a comment