Maratona tal-Billiards b’ risq Puttinu

Friday, May 30, 2014, 16:49

Il-Kullegg Santa Margerita, skola sekondarja subien tal-Verdala se jorganizza il-maratona annwali tal-Billiards, bil-ghan li jingabru fondi b’risq Puttinu Cares.

 

Il-maratona se ssir nhar is-sibt 31 ta’ Mejju f’Tigne Point Tas-Sliema u fiha se jiehdu sehem grupp ta’ 10 plejers li huma kollha studenti mill-istess skola.

 

Il-partecipanti se jkunu qed jikkompetu flimkien f’loghob kontinwu tul il-gurnata kollha.

 

Madanakollu l-ghan principali jibqa’ dak filantropiku. Attivita’ li tghin sabiex jitrawwem dejjem aktar fl-istudenti tal-Kullegg Santa Margerita is-sens ta’ altruwizmu. Permezz ta’ attivita’ sportiva il-partecipanti kollha se jkunu ta’ ghajnuna ghall-haddiehor.

 

Il-Maratona tal-Billiards se tibda fid-9.30 ta’ filghodu u tibqa’ ghaddejja sas-7.30 ta’ filghaxija. Inizjattiva tal-istudenti u l-ghalliema tal-Kullegg Santa Margerita u li issa dahlet fil-kalendarju tal-istess skola.

 

Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jattendi u jaghmel kuragg lil dawn l-istudenti. Fl-istess hin tkun qed tigi mghejjuna l-organizazzjoni Puttinu Cares li taghmel tant gid.





Leave a comment