Maratona ta’ Malta: Quo vadis?

Saturday, March 13, 2010, 10:21

Bla dubju ta` xejn jekk kien hemm avveniment li ghamel hoss matul din il-gimgha kienet il-maratona ta` Malta. Ghamlet hoss mhux biss ghan-numru ta` partecipanti u ghas-soltu problemi li jinholqu bi traffiku peress li Malta hyuwa pajjiz zghir, pero ghamlet hoss ukoll ghal kontroversja li ghamel meta il-karozza li kienet qed tmexxi lil atleti ta` quddiem fosthom lil wiehed mill-ahjar atleti maltin Jonathan Balzan tilfet ir-rotta. Jien ma nafx izda wisq nibza li dawn l-affarijiet jigru Malta biss. Veru l-uman huwa siggett ghal izball pero ma nistax nifhem kif f`kompetizzjoni hekk importanti ghal imagni ta` pajjizna barra minn Malta jigru dawn l-affarijiet. Id-decizzjoni li ittiehdet mill-organizzaturi kienet imbaghad l-ahjar wahda li tista tiehu fi cirkostanza, dik li jikkonferma ir-rizultat u jikkumpensaw lil min bata minn dan l-izball. Wiehed jispera li dawn l-affarijiet ma jigrux iktar specjalment meta hawn Malta jkollna l-ghajn tal-barrani qed ihares lejna. Nixtieq pero nghid prosit ukoll lil dawk l-atleti maltin li b`tant sagrificcju personali hadu sehem f`din il-maratona u specjalment lil dawk kollha li rebhu u li tejbu l-hinijiet taghhom.

Xtaqt ukoll nitkellem dwar l-importanza ta` l-isport f`pajjizna, suggettt li jigi diskuss diversi drabi pero fil-verita meta inharsu lejn is-sustanza nindunaw li ghanda ferm lura. L-isport fl-iskejjel Maltin mhiex sigriet li ghadu lura pero li sahansitra biex tifel fi skola tal-gvern irrid li ihallas ghal post hija xi haga kbira. Din il-gimgha wasal rapport Ghandi minn genitur u anke ikkonfermat minn ghalliem li biex tifel ta` erbgha snin jiehu sehem f`attivita sportive barra mill-iskola tieghu irrid ihallas zewg ewro u hamsin centezmu. Meta l-missier saqsa ghaliex qed ihallas l-flus, l-ghalliem wiegbu li parti minn dawn l-flus ser imorru biex ikoppru transport li huwa issusidjat mill-gvern, u parti ohra biex it-tifel ikun qieghed jattendi ghal l-isports day fil-kumpless tal-Kottonera. Dan l-missier saqsa ghaliex f`kumpless tal-gvern filghodu, ma giex moghti permess li din l-attavita li issir darba fi sena tkun b`xejn. U jekk kien impossibli li l-Kunsill Malti ghal-Isport ma jaghtiex saghtejn b`xejn, allura kif ma kienx possibli li tkun l-iskola minn numru ta` attivitajiet li jaghmlu matul is-sena li jhallsu dan l-prezz. Prezz li ma huwiex kbir vera pero huwa redikolu li tifel fi skola primarja tal-gvern fejn il-lezzjonijiet li jaghmlu ta` l-Edukazzjoni fizika huma iktar unici milli rari, fejn l-ambjent ta` fejn ssir l-isport huwa minimu, ghal darba ser jigi mehud biex jaghmel hekk imsejjha sports day f`kumpless tal-Gvern, imhallas bi taxi tal-poplu u anke hawn hekk ser ikun mgieghel ihallas. Huwa hekk li qed nippruvaw nincentivaw it-tfal u lil genituri taghhom lejn l-isport? Huwa hekk kif qed inhegguhom biex jersqu iktar lejn l-isport?

U din il-gimgha kellna ukoll li tim nazzjonali Malti tal-futbol jilghab loghba ohra ta` hbiberija. Ma nistghux nghidu li kienet loghba hazina ghal Malta, izda meta jghaddi zmien u ihares lejn ir-rizultati, wiehed jara telfa ohra. Tim Malti li f`hinijiet lghab tajjeb u li kien superjuri izda meta wasal il-mument importanti, it-tim malti falla , krolla u tilef. Bla dubju ta` xejn deher evidenti li iktar kemm kien qed jghaddi l-hinm , il-kundizzjoni fizika tal-Malti ikomparata mal-barranin naqset, dahlet ukoll il-biza li jigi ir-rizultat u hemm hekk il-Malti krolla. Affarijiet li jigru dejjem meta jilghab it-tim malti jew inkellha meta jilghbau l-klabbs maltin fl-Ewropa. Ir-ragunijiet ghaliex jigri dan huma diversi pero bla dubju il-livell ta` Kampjonat li ghanda bla dubju ma tantx jghin. Il-wirjiet li taw per ezempju Dingli bi rispett kollhu lejhom ma tantx ghenu biex ikollna livell ta` loghob tajjeb, l-istess nistghu nghidu ghal Msida u ghal hafna loghbeit issa f`din it-tieni fazi tal-Kmapjonat fejn il-loghob ikun bla sens. Qrajt b`attenzjoni ukoll il-kummenti li ta` lil diversi gurnalisti Michael Mifsud li qal li l-wirja tieghu personali kienet ta` risposta lil min ikkritika l-ghazla ta` Buttigieg li jzommu fi tim ghalkemm bla klabb. Li Michael Mifsud huwa l-ahjar player Malti u issa l-aktar player bli skorja ma jistax jichada hadd, pero wiehed irrid jifhem lil dawk li jigu iggudikati fuq l-wirjiet taghhom, qed jilghabu b`mod regolari u ma kienux fi tim nazzjonali. Fuq Mifsud kien hemm pressjoni u it-telf ta` penalty kienet evidenti. Fl-opinjoni umli tieghi, Mifsud kemm jista jkun malajr ghandu jsib klabb ghal gid tieghu personali u anke ghal Malta. Fuq l-ghazla tal-kowc, Ma naqbilx li jithallew players veterani barra mill-iskwadra. Jien indur u inhares lejn timijiet ohra ferm ikbar minnha bl-ahhar wahda tkun dik li Lippi prova jerga jsejjah lil Nesta ma` l-Italja. Ahna pajjiz zghir u kull player li jibqa l-ahjar huwa importanti li jibqa hemm. Fil-passat kellna players bhall istess Buttigieg , Ray Vella u Joe Brincat li irtiraw kmieni meta bla dubju kellhom hafna iktar x`jaghtu lil Malta zghira taghna.





Leave a comment