Maratona ta’ 50 siegħa snooker b’risq l-Istrina

Tuesday, December 18, 2012, 20:47

Fl-okażżjoni ta’ dawn il-festi, il-Malta Billiards & Snooker Association (MBSA), qegħda torganiżża Maratona logħob tal-isnooker bħala attivita’ filantropika b’rizq il-persuni anqas ixxurtjati. Il-ġbir kollu minn din l-attivita’ se jingħata lill-Community Chest Fund/Istrina 2012.

Din il-maratona se ssir fil- Peace Band Club in-Naxxar bil-logħob kollu jitqassam fuq ħamsin siegħa bejn is-6p.m. u t-8 p.m. tat-23 ta’ Diċembru. Fil-jiem li ġejjin rappreżentanti tal- assoċjazzjoni  se jkunu qegħdin iduru l-istabbilimenti kummerċjali fin-Naxxar biex jiġbru donazzjonijiet għal din il-kawża gusta minghand kull min jista’ jghin. Kull donazzjoni hija apprezzata. F’isem il-Malta Billiards & Snooker Association nixtieq nirringrazzjakom bil-quddiem u nawguralkom Milied ħieni u Sena ġdida mimlija rizq u barka.





Leave a comment