Maratona suċċess iżda Bla Direzzjoni !

Tuesday, March 2, 2010, 11:32

minn Sandro Micallef

 Hekk kif nhar il-Ħadd li għadda saret edizzjoni oħra tal-Maratona ta’ Malta nkiser rekord ieħor ta’ parteċipanti li kien ‘il fuq minn 1,000 għat-tielet sena konsekuttiva. Għal din is-sena mhux biss intlaħaq dan in-numru impressjonanti iżda wkoll ġie reġistrat rekord ta’ parteċipanti għal dawn l-aħħar 25 sena. Li bqajt skantat kien il-fatt li kien hemm xi atleti Maltin u barranin li tilfu t-triq jew aħjar tilfu r-rotta matul il-Maratona. 

Phile Photo - Alfred Debono of Zurrieq Wolves after the 2009 edition

Phile Photo - Alfred Debono of Zurrieq Wolves after the 2009 edition

Kien appuntu Jonathan Balzan wieħed mill-aħjar atleti tal-long distance li sfoga r-rabja tiegħu fix-Xatt tal-Gżira. Jidher li għal xi raġuni jew oħra żewġ Marokkini ħarbu fuq quddiem fl-ewwel kilometri b’xi atleti oħra fosthom Maltin isegwu. Ġara li meta ż-żewġ Marokkini inqatgħu xi ftit għal rashom, il-grupp l-ieħor li kien qed isegwi intilef fit-triq! Dan għaliex dik li tissejjaħ il-Lead Car ħadet triq b’oħra. Din hi xi ħaġa inaċċettabli f’Maratona kbira internazzjonali bħal Maratona ta’ Malta.

Hemm minn isostni li din kienet biss sfortuna u żball ġenwin ta’ min kien qed isuq il-Lead Car Land Rover u tal-persuna li kien qed jakkumpanjah bħala passiġġier. Minn informazzjoni li għandi jidher li sfortunatament l-anqas il-pulizija li kienu fuq il-muturi ma kienu jafu t-triq bl-eżatt u allura l-anqas dawn ma kienu jafu ‘il fejn se jsuqu.

Ma nlumx lil Jonathan Balzan li wara jiem, ġimghat u xhur ta’ taħriġ u preparazzjoni ma setax jasal sal-Finish f’ħin kompetittiv. Jonathan, prosit talli kellek  kuraġġ titkellem mal-ġurnalisti mal-wasla tiegħek il-Gżira.

Kritika trid issir u l-kritika trid titwassal hekk kif inwassal din il-kritika lill-organizżaturi tal-Maratona ta’ Malta. Ma taħsbux li kien ikun aħjar li flok minn ġimgħa qabel tippreparaw Half page advert fit-Times bir-ringrazzjamenti ma jispiċċaw qatt kien ikun aħjar li investejtu ħin u flus f’marking mal-art u marshalls matul il-korsa kollha ? Tuna spjegazzjoni.





Leave a comment