- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mapfre Middlesea J70 Med Cup 2015

Posted By Sportinmalta On June 16, 2015 @ 7:40 pm In Featured,Sailing | No Comments

Tellieqa miggielda sal-ahhar, bahar kalm u atmosfera ferrihija iddominaw nhar il-Hadd 7 ta’ Gunju hekk kif waslet fi tmiemha il-Mapfre Middlesea regatta. It-timijiet ghamlu hilithom gewwa l-port ta’ Marsamxett, fejn gew decizi l-ewwel tlett klassifikati….u wara c-celebrazzjonijiet b’tazza xampanja Veuve Clicquot.

Il-flotta J70 hija klassi ta’ dghajjes ilkoll b’disinn wiehed, ghalhekk il-bahhara itellqu dghajjes identici. Ir-regatta tikkonsisti f’serje ta’ 9 tigrijiet fejn kull tellieqa tghodd, ghalhekk il-konsistenza hija essenzjali. Matul it-tlett ijiem tar-regatta, it-timijiet kienu ras imb’ras f’tellieqa missielta sal-ahhar. Fit-tieni jum, it-tim Mapfre Middlesea beda dejjem jokkupa l-ghola pozizzjonijet fil-klassifika izda xejn ma jista’ jifred it-timijiet Gaba, Betsafe u Comanche Raider. L-ahhar tellieqa kellha tkun dik deciziva. Mapfre Middlesea zammet l-ewwel post mill-ewwel u b’hekk assigurat l-ewwel post fuq il-podju. Fl-ahhar minuti tat-tellieqa Betsafe tilfet it-tieni post hekk kif inqabzet minn Comanche Raider.

L-ahhar zewgt itlielaq kienu spettakolari, fl-isfond tal-Port ta’ Marsamxett, quddiem numru ta’ spettaturi fit-terazzin tar-Royal Malta Yacht Club, fejn iktar tard gew pprezentati il-premjijiet. Fernando Docampo minn Mapfre Middlesea fahhar l-isforzi tal-kompetituri. Fost il-premjijiet moghtija kien hemm fliexken tax-xampanja Veuve Clicquot u pitturi tal-artista Celia Borg Cardona. It-tim rebbieh, Mapfre Middlesea qasam ix-xampanja ma’ dawk prezenti.

Regatta mill-isbah bi sfida tajba ghall-bahhara, il-Mapfre Middlesea J70 Med Cup kienet organizzata mir- Royal Malta Yacht Club u il- J70 Association Malta taht l-awspicji tal-Malta Sailing Federation u appoggjata minn Mapfre Middlesea plc u M. Demajo Wines & Spirits


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mapfre-middlesea-j70-med-cup-2015/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.