Mapfre Middlesea Euromed Regatta lesta biex tilqa madwar 230 baħħar f’Malta

Tuesday, December 17, 2019, 10:05

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, li hija appoġġjata minn Yachting Malta u miżmuma taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation, tibda nhar il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru.

Organiżżata mill-Malta Young Sailors Club, din is-sena ir-Regatta internazzjonali ser tkun qeda tiċċelebra l-għoxrin edizzjoni tagħha, li minn tellieqa żgħira lokali żviluppat f’Regatta internazzjonali li tkun mistennija minn ħafna baħħara.

Din is-sena din l-edizzjoni, ser tkun qed tilqa’ forta 230 baħħar minn sitta u għoxrin pajjiz. Dawn se jkunu qegħdin jikkompetu fil-Klassijiet Laser u Optimist. Din tal-aħħar se tkun l-ikbar klassi fejn iktar minn mitejn baħħar se jkun qed jikkompeti fil-kategoriji Novice, Open u Cadet, filwaqt li l-kumplament se jkunu qegħdin jikkompetu fil-kategoriji 4.7, Radial u Standard fil-Klassi Laser.

Fil-passat, il-baħħara Maltin ipproduċew riżultati tajbin meta rebħu r-Regatta diversi drabi. Dawn kienu Matthew, Ella, Edward Fleri Soler, Thomas Zammit Tabona. Fis-snin reċenti kien Richard Schultheis li ġab l-unur lil Malta tliet darbiet.  L-organizzaturi qegħdin jistennew prestazzjonijiet tajba mill-baħħara lokali iżda din mhix se tkun kompetizzjoni faċli minħabba li fost il-kompetituri se jkun hemm Alessandro Cortese, iċ-ċampjin preżenti tal-Ewropa tal-Klassi Optimist, li żgur se jkun qed jissielet għall-post fuq il-podju. Fost il-flotta se jkun hemm timijiet tajbin mill-Isviżżera u l-Awstrija fost l-oħrajn.

It-tlielaq isiru fil-Bajja tal-Mellieħa. Huwa ppjanat li tlielaq jibdew mill-għaxra ta’ filgħodu il-quddiem, dejjem skond il-kundizzjoni tat-temp.

Għall-aktar aħbarijiet u riżultati, żuru is-sit elettroniku –  https://euromed.maltayoungsailors.com/





Leave a comment