Manuvri mill-”Father”

Saturday, June 22, 2013, 13:03

Il-President tal-YFA – Youth FA Fr Hilary Talgiaferro nesa’ kull sens ta’ paċi, serenita’ u imħabba li tant hu magħruf għalihom kull qassis il-bieraħ u qala’ kjass liema bħalu fil-laqgħa ġenerali anwali tal-YFA.

Il-”Father” ipprova jagħmel manuvra u jaqla’ lil Frans Zammit  mill-Kunsill tal-MFA b’mossa premeditata u li bla ebda dubja ta’ xejn ġejja minn Bjorn Vassallo sabiex jassigura iktar voti għal NDD fl-elezzjoni għall-President.  Zammit kien membru tal-Kunsill tal-MFA flimkien mas-Segretarju Ġenerali Joe Micallef iżda jidher li l-elezzjoni li se jkollna għall-Presidenza tal-MFA bejn Dr Peter Fenech u Darmanin Demajo qed tqanqal daqxejn ta’ movimenti mhux ħażin.

Mill-informazzjoni li għaddewlna il-bieraħ il-”Father” ried li ma’ Joe Micallef tal-YFA jingħaqad ċertu Alfred Cacciatolo bħala kunsillier fl-AGM tal-MFA sabiex NDD jkollu assigurat tlett voti mija fil-mija mill-YFA għax magħħhom jivvota wkoll Hilary.

Jidher li t-talba ta’ Fr Hilary ma ntlaqgħatx tajjeb minn Frans Zammit li pprotesta u qal li hu dejjem ta’ servizz leali lill-YFA u lill-MFA u ma kienx lest joqgħod għad-deċiżjoni tal-Presidnet waħdu izda ried li sir elezzjoni sigrieta bejnu u Cacciatolo. Filfatt f’dawn l-aħħar snin Zammit dejjem rebaħ il-kontestazzjoni ta’ Cacciatolo u allura il-Father ta’ persuna support integra li hu ipprova jevita elezzjoni. Il-ħsieb u l-pjan malizzjuz tal-Father ma rnexxiex sabiex jaqla’ lil Zammit tant li l-anqas biss saret l-ewwel laqgħa tal-ezekuttiv il-ġdid li bħala prassi dejjem kienet issir immedjatament wara l-AGM.

Din hi waħda mill-ħafna manuvri li qed isiru min dawk fl-MFA viċin NDD sabiex jassiguraw li jiġu eliminati mill-Kunsill nies li jistgħu ma jaqblux mat-trio NDD, Vassallo u Bonnet.

Is-Sorsi tagħna qalulna li l-Father se jinsisti li ma jagħmilx elezzjoni u jipproponi  hu l-ismijiet ta’ min se jivvota fl-AGM tal-MFA anke jekk ma jkunx hemm qbil fl-ezekuttiv tal-YFA.

L-ezekuttiv tal-YFA hu ffurmat minn ħames uffiċjali, ħames membri newtrali, u ħames rapreżentanti tal-Clubs.

Intant din il-ġrajja tal-bieraħ tikkonferma iktar minn qatt qabel li hemm bżonn bidla fil-Presidenza tal-Youth FA. “Il-Father għamlu żmienu issa wasal iż-żmien li jieqaf” qaluna nies viċin tiegħu stess.

 





3 Comments

  1. Genitur hosbien says:

    Siehbi,ghandek punti validi ,imma hemm fejn int zbaljat jew mhux infurmat bizejjed. Ma nixtieqx nohloq kontroversji. Hemm hafna punti ohra importanti. Inharsu l-hamalagni li naraw minn xi Coaches u genituri li jkunun qisom gladjaturi waqt il-loghba. Jiddispjacini ninota u nisma li hemm coaches mhux talli m’humiex kwalifikatti f’settur ferm sensitiv,imma jisfidwa lill Association u jikkowcjaw minkejja li huma sospizi ghal ghomorom kemm jekk inqabdu f’kazi ta korruzjoni kif ukoll b’kazi ta doping. Sfortunataament dawn it taghlim huma tal-biza waqt il-loghob. Pressjoni il-hin kollu fuq it-tfal biex jaghtu sehemom u jirbhu. Barra minn dan minn waqt wahda mill-Finali tal-Y.F.A. beda jinstema li ghal sena ohra taghli Nursery mhux sejjer ikollha players biex tikkompeti imma hemm il-hsieb li diversi players fli-skwadra nazzjonali sejjrin jinghaqdu maghom u wara kulhadd iparla kemm itelghu tfal. Minn huwa risponsabli mid-dipartiment Youths fl-M.F.A. Ghandu jew kellu x’impenn ma xi team fil-Premier. Hemm xi club tal-Premier li ghandu xi Chairman tan-Nursery li jaghmel li irrid skond il-coaches tal-istess Nursery. Nistaqsi lill-Y.F.A. issir spot checks sabiex naraw minn ikun jittrenja lit-tfal fin-Nirseries? Tigi mitluba karta tal-kondotta tal-Coach. Nitlob f’gieh is-serjeta iktar attenzjoni kemm fuq coaches uamministraturi. Dawn huma l-cancers tal-football tal-youths , in-nies li jrridu jaghmlu li irridu pero jiftahru kemm ghandhom dixxiplina fuq it-tfal, li sfortunatament lanqas jidhqu ma jistghu. Din hija realta M.F.A. u Y.F.A attenzjoni naf x’qieghed nghid u hemm minn jaqbel ma dan.

    [Reply]

  2. Genitur imwegga. says:

    U jiena ser nemmen lil dawn in- nies!! ………………………IPOKRIZZIJA TOTALI…..TSUNAMI  KBIRA TRID TKUN BIEX JITNADFU CERTU NIES MINN HEMM………………Ahna genituri flimkien mad-dirigenti tal Klabbs ( hekk veru dawn iridu gid tal- footbal malti kif ukoll  ghat- tfal ) l-unika  soluzzjoni biex jitnadfu dawn in- nies…. billi HADD MA JIEHU SEHEM FL-ATTIVITAJIET LI JSIRU, SAKEMM JINBIDLU L-AFFARIJIET   LI HEMM TOTALMENT HZIENA U LI QEDIN JAGHMLU TFAL ILSIERA TAL- KARTI………..
    TAL- MISTHIJA…… TIFEL TA 10 SNIN JIFFIRMA U JIGI SKJAV GHAL- GHOMRU……
    qedin naghmlu bhal ma jaghmlu GOL- BRAZIL TIFEL ITUH BICCA GILDA  U JRID  BILFORS JAGHMEL BALLUN BIEX FORSI JIEHU LOQMA HOBZ……. U MALTA…..  certu ufficjali tan- nurseries taf x’jaghmlu?….. JGHIDU LIL GENITUR BIEX IT-TIFEL IKUN JISTA JILGHAB FIL- GATORADE IRID JIFFIRMA DIN IL- KARTA GHAX INKELLA MA JKUNX JISTA JILGHAB !!…..U TAFU XI TKUN DIN IL- KARTA?…………..GHOMRU MAL- KLABB….. 

    HEMM GENITURI LI MA JAFUX DAWN L-AFFARIJIET GHAX JEKK JAQBEL GHAD-DIRIGENTI TAL- KLABBS …GHAX M’HEMMX LIGI DICENTI BHAL MA HEMM PAJJIZI OHRA… FEJN TIFEL SA 14 IL SENA JISTA JITLAQ META IRID MIN- NURSERY GHAL OHRA MINGHAJR MA JITHALLSU EBDA KUMPENS TA XEJN….

    IMMA MALTA XI HAGA SPECJALI…….. Thallas il- fee u meta tifel ikun irid jitlaq trid thallas il- parimetri, dan mhux kollu serq fil- wicc…… tilghab u ma tighabx trid thallas….inkella mur ilghab fuq iz-zuntier…..DAN HUWA KLIEM TA CERTU DIRIGENTI LI SUPPOST QEDIN JGHALLMU t- TFAL U DAWN HUMA L-ISTESS NIES LI JGHIDU LI AHNA NGHALLMU MHUX FOOTBALL BISS IMMA BIEX DAK LI JKUN JIBKER RAGEL……NAHSEB AHJAR IKUNU IRGIEL HUMA L-EWWEL…. Jiena nghid u  nistaqsi li Ahjar nies bhal Father  u l-ohrajn li hemm imdawra mieghu jaraw din qabel ma jmorru  jghidu  jghatu  fuq sidirom …. HTIJA TIEGHI , HTIJA TIEGHI…..GHAX VERU DIN HIJA  KOLLHA HTIJA TAGHHOM…LI FOOTBALL MALTI QIEGHED JINQERED..

    !………………..MAFIA TOTALI.

    [Reply]

  3. P Sant says:

    tad-dahk

    [Reply]

Leave a comment