Mandela u t-Tazza tad-Dinja

Monday, June 14, 2010, 13:28

M’hemmx dubju li matul dan ix-xahar l-attenzjoni ta’ kulħadd tkun iffukkata fuq it-Tazza tad-Dinja. Min-nhar il-Ġimgħa li għaddiet, sal-11 ta’ Lulju li ġej id-dinja kollha se tkun ibbumbardjata b’aħbarijiet mill-Afrika t’isfel, fejn għall-ewwel darba qed issir il-faŻi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol fil-kontinent Afrikan.

F’din il-kolonna huwa inutli li nitkellmu dwar min se jirbaħ u min se jitlef fil-grawnd, għax fuq hekk qed nisimgħu ħafna, iŻda tajjeb li nitkellmu dwar kif din it-tazza qed toħroġ messaġġi lejn id-dinja kollha. Fil-passat l-Afrika t’Isfel kien il-post razzist per eċċellenza. Min ma jiftakarx, anke meta konna iŻgħar, fuq il-bankijiet tal-iskola jgħallmuna min kien Nelson Mandela?

Mandela kien l-ewwel President elett minn elezzjoni demokratika bejn l-1994 u l-1999, wara li għal għexieren ta’ snin iġġieled għall-ugwaljanza bejn ir-razez, tant li fl-1962 saħasitra ġie arrestat għal 27 sena għax li kien qed jiġġieled din il-battalja ġusta. Battalja li rebaħ bil-kbir, tant li ġab lill-pajjiŻ li tant iħobb, ċentru ta’ din il-manifestazzjoni enormi li qed tikkulmina f’dan ix-xahar. IŻda d-destin tad-dinja diffiċli wieħed jifhmu, u Mandela li llum jgħodd 92 sena, kellu jgħaddi minn diffikulta hekk kif ġurnata biss qabel dan kollu, tħabbret il-mewt tan-neputija tiegħu ta’ 13-il sena f’inċident tat-traffiku.

L-Afrika t’Isfel għalhekk trid tikkumbatti ġlieda oħra, ġlieda ta’ kuxjenza, bejn luttu għall-familja Mandela u l-festa li ġġib magħha kompetizzjoni hekk kbira. Filwaqt li l-kunċert ta’ nhar il-Ħamis lili personali, u lil ħafna nies li jħobbu l-futbol, ftit li xejn interessana. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ naħseb li kienet waħda Żgħira u sabiħa. Kienet ċerimonja sinjifikanti li verament twassal il-messaġġ Afrikan lejn l-għaqda tal-popli, kif wara kollox l-istess Mandela lissen kemm-il darba. Jiena qed nikteb din il-kolonna s-Sibt filgħodu meta kont rajt biss Żewġ logħbiet minn Grupp A, u anke hawnhekk, jidher li din is-sena ser ikollna Tazza tad-Dinja mill-aktar bilanċjata. Jekk forsi





Leave a comment