Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-Rebbieħa ta’ SportMalta Awards ta’ din is-sena

Wednesday, August 7, 2019, 17:37

Maltco Lotteries ippreżentat għajnuna finanzjarja lir-rebbieħa ta’ SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali. Dawn l-atleti ngħataw it-titlu rispettiv tagħhom fi Frar li għadda għall-kisbiet tagħhom fl-2018 waqt l-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li ġie organizzat minn SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sportivi.

Maltco Lotteries ilha tappoġġja dan l-avveniment għal diversi snin. “Minbarra li l-kumpanija hi waħda mill-isponsors ewlenin tal-avveniment SportMalta Awards li jittella’ ta’ kull sena, Maltco tipprovdi wkoll lir-rebbieħa b’għajnuna finanzjarja bħala inkoraġġiment u inċentiv biex dawn ikomplu javvanzaw fil-karriera sportiva tagħhom” afferma l-Kap Eżekuttiv tal-Maltco Lotteries, isSur Vasileios Kasiotakis.

Is-Sur Sandro Micallef, President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports irringrazzja lill-Maltco Lotteries għall-appoġġ kontinwu mhux biss lejn SportMalta Għażliet Sportivi Nazzjonali, iżda wkoll għallappoġġ kontinwu favur l-iżvilupp tal-isport f’Malta. Is-Sur Micallef irrimarka li t-tħejjijiet għalledizzjoni 2020 ta’ SportMalta Awards diġà bdew. Din se tkun edizzjoni speċjali hekk kif se jaħbat is-60 Anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-Sportiv tas-Sena li ġiet organizzata lura fl-1960 kif ukoll wkoll ser ikun il-50 Anniversarju mill-fondazzjoni tal-Għaqda Kittieba Sports li tmur lura fl-1970.

Dawn li ġejjin huma r-rebbieħa li bbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta’ Maltco Lotteries:

Brian Galea: Sportiv tas-Sena – Sparar

Eleanor Bezzina: Sportiva tas-Sena – Target Shooting

Kijan Sultana: Żagħżugħ tas-Sena- Squash

Sara Xuereb: Żagħżugħa tas-Sena – Tenpin Bowling

Karl Izzo: Kowċ tas-Sena – Waterpolo

Anna Calleja: Uffiċjal tas-Sena – Special Olympics

Tim Nazzjonali Rġiel Basketball: Tim tas-Sena

Maltco Lotteries tifraħ lir-rebbieħa kollha għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom u tħeġġeġ aktar atleti jinvestu fil-karriera sportiva tagħhom.





Leave a comment