Malta vs Slovakia – EuroHockey Nations Championship III

Tuesday, August 8, 2017, 14:28

MALTA VS SLOVAKIA – 5 – 1

Ryan Dalli (2), Thomas Degiovanni, John Williams, Silas Plaehn

Malta ghelbet lil Slovakia fil-playoff ghal 5-7 post fil EuroHockey Championship li qeghdin jintlaghbu fi Kroazja.

Din kienet l-ewwel darba li Malta laghbet kontra dan il-pajjiz li ghandu World Ranking ta 52 (15 il-post ahjar minn tal-Maltin).

Il-loghba kienet milghuba b’mod tattiku tajjeb hafna u il-Maltin uzaw il-fitness taghhom biex fnew l-opposizzjoni. Il-loghba bdiet hazin ghaliex it-tim Malti qala l-goal wara 5 minuti. Izda il-Maltin issetiljaw u dahlu iktar fil-partita b’mod li ippareggjaw war biss minuta permezz ta Ryan Dalli minn azzjoni ta penalty corner. Fit-tieni kwarta, il-Maltin bdew jippressaw izjed u Tom Degiovanni gharaf ipoggi lill-Maltin fil-vantagg minn penalty stroke. Hawnhekk is-Slovakki bdew ikunu aktar nervuzi u fil-fatt tkeccewlhom zewg players (yellow card) fl-ahhar ta l-ewwel nofs biex b’hekk il-Maltin kien jafu li se jibdew il-tielet kwarta b’vantagg numeriku. Fil-fatt, il-Maltin irnexxielhom jiskurjaw 3, l-ewwel permezz ta Ryan Dalli, wara John Williams ghamel azzjoni tajba biex gheleb lill GK avversarju u fl-ahhar Silas Plaehn spicca azzjoni tajba tat-tim kolllu.

Din hija rebha storika ghall Malta ghaliex hija l-ewwel darba li irnexxielha izzom posta f’din id-divizjoni li kienet iebsa hafna.

Illum tintlaghab il-finali tat-tournament bejn l-Italja u Belarus, l-aktar zewg timijiet li impressjonaw f’dan it-tournament. Belarus ghelbu lit-Turkija 6-1 u L-Italja ghelbu lil Kroazja 2-0.





Leave a comment