Malta vs Italja 26 ta’ Marzu 2013 – Prel Round World Cup 2014

Sunday, February 10, 2013, 13:59
L-MFA ħabbret il-prezzijiet tal-partita tas-26 ta’ Marzu bejn Malta u l-Italja partita valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2014. Mill-lum beda l-bejgħ ta’ dawn il-biljetti. Il-logħba se tintlagħab f’Ta’ Qali u se tibda fis-8.45pm. Erbat ijiem qabel it-tim nazzjonali Malti se jilgħab barra minn daru kontra l-Bulgarija. Il-prezzijiet huma dawn:
West A & C Stand (Upper) – Adulti –  €75
West A & C Stand (Lower) – Adulti –  €60
Millenium Stand (Setturi D u F) – Adulti –  €30
Millenium Stand (Setturi D u F) – Tfal taħt it-12-il sena –  €15
North Stand – Adulti – €20
North Stand – Tfal taħt it-12-il sena – €10
South Stand – Adulti – €20
South Stand – Tfal taħt it-12-il sena – €10
Dawk kollha li għandhom il-GOALCARD jidħlu għal din il-logħba b’xejn. Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw biljett jistgħu jagħmlu dan mingħand:
L-uffiċini tal-MFA f’Ta’ Qali, Teamsport tal-Iklin, Star Tourist Services ta’ Buġibba, Lion King Stationers ta’ Gwardamagia, Eros Stationers ta’ Paceville, u t-tlett iħwienet ta’ Matrix li jinsabu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, f’Main Street ta’ Raħal Ġdid u mill-Iskyparks tal-MIA.
Wieħed jista’ jakkwista l-biljetti online mis-sit www.mfa.com.mt jew www.MaltaTicket.com. Dawk li jakkwistaw il-biljetti online iridu jagħmlu kopja tal-biljett u jġibuha magħhom fil-jum tal-partita.
L-MFA ħabbret ukoll li fil-juem tal-partita se jkun hemm FAN PARK u dan se jsir fil-viċinanzi tal-grawnd biex fih jiltaqgħu il-partitarji Maltin. F’dan il-FAN PARK se jsiru attivitajiet u se jinbiegħu ukoll prodotti uffiċjali relatati mat-tim nazzjonali. Dan kollu se jsir bil-kollaborazzjoni tal-MFA mal-isponsors FXDD u CISK. Dawk kollha interessati li jkunu parti minn dan il-proġett jistgħu jikkuntattjaw lid-Dipartiment tal-Marketing tal-MFA fuq l-emailnorman.saliba@mfa.com.mt. Aktar informazzjoni dwar dan il-FAN PARK se tingħata aktar ma joqorb il-jum tal-partita tant mistennija.
Marbuta ma’ dan il-FAN PARK l-MFA se torganizza kompetizzjoni fejn se tagħżel l-aktar partitarju li jkun imlibbes b’mod oriġinali u li jolqot l-għajn. Il-partitarji li jkunu fil-FAN PARK jew inkella fil-granwd ta’ Ta’ Qali jaraw il-logħba huma imħeġġa jibgħatu r-ritratti tagħhom lis-sit tal-MFA u l-assoċjazzjoni itella dawn ir-ritratti fuq l-internet u jkun il-pubbliku li jiddeċiedi r-rebbieħ.




Leave a comment