Malta u l-Maltin mas-South End Core magħqudin

Monday, September 6, 2010, 23:51

Għada jisbaħ u Louis Agius flimkien ma grupp zgħir ta’ nies volontarji jlebbtu lejn ta’ Qali biex jarmaw is-South Stand. Sa llum filgħaxija, bit-tim tal-Latvja jittrenja fl-isfond kien diġa qed jidher li sar xi armar mal-fencing. Il-Maltin ser jikkonkorru lejn ta’ Qali pero? Hija ħasra li d-demm Malti ibaqbaq għall pajjizu pero meta niġu ghas Si u n-No rari naraw dik il-folla bżonnjuza biex nagħtu kurraġġ lil minn ikun qiegħed jirrapreżentana. Inizzjattiva sabiħa tal-MFA flimkien mas-South End Core qed tara li madwar 3800 sapporter lejali għada jidħlu b’xejn ġewwa is-South Stand u dan bħala rikonoxximent għas-sapport kontinwu li dan il-grupp dejjem wera lit-tim Malti.

Louis Agius qalilna hekk “Kienet xi ħaġa naturali li dan il-ftehim sar bejn is-SEC u l-MFA. Is-sapporters ser jieħdu vantaġġ minn dan u jiena ċert li b’hekk ser nattiraw ħafna familji li qabel kienu isibuha diffiċli li jiġu. Hemm ċerta Maltin li jsibuha iebsa li jħallsu €20 u lanqas biss ikunu dilettanti tal-futbol imma għax segwaċi kbar tas-South End Core b’dan il-ftehim jiġu jgawdu l-atmosfera li kapaċi noħolqu aħna. Nista niggarantilek li tant ikun hemm gost u pjaċir u dak li jkun jiltaqa’ ma persuni li jħossu tant għal pajjizhom, li in-nies b’inizzjattiva bħal din jikkonkorew bil-kbir.”

Saqsejna il-Louis fuq il-Latvija li huwa tim li ma tantx għandu plejers jilgħabu mal-Manchester United jew Juventus u għalhekk probabilment il-Maltin ma tantx jiġu lejn ta’ Qali pero hu irrispondina hekk: “Nahseb xorta waħda ser ikollna attendanza tajba ħafna u jiena nażżarda ngħid li l-MFA ħa jkollha tiftaħ in-North Stand ukoll. Il-biża’ tiegħi hija li in-nies jiġu tard u jkun hemm massa ta’ nies li jipprovaw jidħlu magħna u għax is-side timtela jiddizappuntaw ruħhom, pero’ jiena niggarantilhom li jkunu fejn ikunu fl-istadium din id-darba se jismawna sew. Irnexxilna nixtru 12 il-tambur ieħor li ser jiżdiedu mat-12 li diġa għandna, b’hekk it-total ta’ tnabar jitla’ għal 24 .  Il-ħoss tagħhom huwa vera sabiħ u minn hawn nappella għal drummers li jridu jingħaqdu magħna. Mill-Latvija ma jinteressaniex u hekk għandu jaħseb kull Malti li jiġi magħna. Aħna mmorru l-grawnd biex nissaportjaw lit-tim tagħna rrelevanti mill-oppozizzjoni.”





Leave a comment