Malta U-16 jippreparaw għall-UEFA Development Tournament

Thursday, February 22, 2018, 13:46

Bejn l-24 u t-28 ta’ Frar, 2018, ser jintlagħab UEFA Youth U-16 Development Mini-Tournament ieħor fis-Centenary Stadium, din id-darba għas-subien.

Malta se tilgħab kontra l-Andorra, Ġibiltà u Liechtenstein f’dan it-tournament li jinkludi erba’ timijiet, l-istess bħat-tim tat-tfajliet li rebaħ il-logħob kollu ftit tal-ġimgħat ilu.

Noel Turner, il-kowċ tat-tim ta’ taħt is-16-il sena, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għal dan it-tournament. Filwaqt li l-maġġoranza tal-plejers fl-iskwadra magħżula minn Turner huma rreġistrati ma’ klabbs Maltin, hemm tnejn li jilagħbu barra l-pajjiż – il-goalkeeper Miguel Spiteri li jinsab fuq il-kotba tal-klabb Spanjol Leganes u Jake Engerer li qed jilgħab mal-klabb Taljan Cesena Calcio.

Fl-ewwel logħba ta’ nhar is-Sibt, Malta tiltaqa’ kontra l-Andorra. It-Tnejn jilagħbu kontra Ġibiltà qabel itemmu l-impenji tagħhom nhar il-Erbgħa b’logħba kontra Liechtenstein.

Kif jindika t-titlu, l-enfasi ta’ dan it-turnament huwa fuq l-iżvilupp tal-futbol taż-żgħażagħ parteċipanti aktar milli r-riżultati.

L-ISKWADRA MALTIJA

Goalkeepers: Miguel Spiteri (Deportivo Leganes, Spanja); Matthias Debono (Ħamrun Spartans).

Difensuri: Sheldon Mizzi (Pietà Hotspurs); Matthew Ellul (Hibernians); Kurt Galea (Pietà Hotspurs); Isaac Galea (Floriana); Ismael Borg (Mosta); Luke Musu (San Ġwann); Gianluca Borg (Pietà Hotspurs).

Midfielders: Karl Mohnani (Melita); Emerson Camillieri (Pietà Hotspurs); Gianluca Sciberras (Mosta); Jordan Kelly (St Andrews); Leo Agius (Floriana); Glen Mifsud (Hibernians).

Attakkanti: Jake Bone (Pietà Hotspurs); Jake Engerer (Cesena, Italja); Kurt Buhagiar (Valletta); Kurt Desira (Valletta); Mattia Veselji (St Andrews).

PROGRAMM

Is-Sibt 24 ta’ Frar, 2018

11am Malta vs Andorra

2pm Liechtenstein vs Ġibiltà

It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2018         

11.30am Liechtenstein vs Andorra

2.30pm Malta vs Ġibiltà

L-Erbgħa, 28 ta’ Frar, 2018

10am Andorra vs Ġibiltà

2.30pm Liechtenstein vs Malta





Leave a comment