Malta ttemm l-impenji b’telfa

Wednesday, June 17, 2015, 16:32

WATERPOLO – KAMPJONATI EWROPEW BAKU 2015

Stewart Said

UKRAJNA………13

MALTA…………8

(3-2), (3-2), (4-2), (3-2)

Malta spiċċat l-impenji tagħha mill-fażi finali tal-Kampjonat Ewropej f’Baku b’telfa ta’ 13-8 biex spiċċat fis-16-il post. Wieħed kien jistenna xi ħaġa aħjar mit-tim Malti speċjalment wara t-telfa diżappuntanti fl-aħħar mumenti kontra l-Ażerbajġan l-bieraħ, iżda ż-żgħażagħ Maltin dehru bla ħeġġa u r-riżultat finali juri d-differenza bejn it-timijiet fil-partita.

It-tim Ukren deher aktar preċiż mill-avversarji, biż-żgħażagħ Maltin jagħmlu żbalji żejda f’numru ta’ passaġġi li tellfu l-attakk jew f’mumenti oħra taw preludju għal gowl tal-Ukrajna. Iż-żgħażagħ kienu tqal fl-attakk biex idawru l-ballun speċjalment fl-okkażjonijiet ta’ raġel aktar u dan kompla jikkomplika l-partita għat-tim ta’ Karl Izzo.

Wieħed jittama li din l-esperjenza li dawn iż-żagħżagħ kellhom f’ambjent totalment differenti minn Malta, jgħinhom biex jieħdu aktar l-affarijiet bis-serjeta’ u jindunaw li jeħtieġ sagrifiċċju kbir biex tikkompeti mal-aqwa fl-Ewropa.

Ukrajna: Y. Panas, V. Uzhychuk, D. Gusakov (1), S. Popyk (5), B. Dzyadyk (5), S. Dubelir, P. Zimarov, V. Dulin (1), M. Leshchenko, V. Nechytailo, K. Daviskiba, H. Kirochkin (1), V. Haliasovskyi

Malta: J. Tanti, D. Fenech, M. Manara, J. Sciberras, J. Abela (1), B. Plumpton (5), J. Galea, J. Gambin, M. Azzopardi, D. Zammit (2), K. Navarro, L. Calleja, F. Buhagiar

Referees: Raul Torres, Christian Landmann

 

 





Leave a comment