- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta to take part in 2015 Special Olympics in Los Angeles

Posted By Sportinmalta On July 24, 2015 @ 11:42 am In Featured,Other,Special Olympics Malta | No Comments

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż

Note:This article has been written in both Maltese and English.

Gavin Muscat

22 athletes from six different disciplines will be representing Malta in the Special Olympics World Games which are taking place in Los Angeles between the 25th July and the 2nd August. Malta will be competing in Athletics, Aquatics, Bowling, Bocce, Gymnastics and Table Tennis. The Maltese delegation includes 12 coaches, an assistant Head of Delegation, Elaine Bonnici and Anna Calleja, as Head of Delegation and National Director of Special Olympics Malta for the past 15 years. Mrs Michelle Muscat is Honorary President of the Maltese team.

The Opening Ceremony of theWorldGames will take place on Saturday, July 25, 2015 in Los Angeles’ Memorial Coliseum. The star-studded show will celebrate the true stars of the Games – the athletes of Special Olympics and will include entertainment, the Parade of Athletes and the culmination of the Final Leg of the Law Enforcement Torch Run and lighting of the Special Olympics cauldron. The ceremony will be broadcast internationally by ESPN. Headlining artists include Stevie Wonder, Avril Lavigne, O.A.R., Cody Simpson, and Nicole Scherzinger.The show will bedirected by Emmy Award Winner, Debbie Allen and includes appearances by Jimmy Kimmel, Eva Longoria, Michael Phelps and many more.

Los Angeles will be hosting 7000 Special Olympics athletes and 3000 coaches from over 170 countries in these World Games. Some of the Maltese athletes competing in Los Angeles have already participated and won various medals in the last World Games which were held in Athens, Greece in 2011. These include sister and brother Annemarie and Matthew Bugeja, who won Gold, Silver and Bronze medals in artistic gymnastics; Shanaia Xuereb, Charmaine Mifsud and Matthias Attard who won Gold and Silver medals in aquatics; Sarah Caruana, Jessica Dalli and Naomi Axisa who won Silver medals in athletics; Philip Gruppetta and Natasha Bianchi who won Gold and Bronze medals in Bowling; and Yowanna Vassallo and Mark Agius who won Bronze medals in Bocce. During last year’s European Games in Antwerp, Belgium the Maltese team garnered 17 Gold, 16 Silver and 13 Bronze medals.

The aim of the Special Olympics World Games is to create awareness that leads to the acceptance and inclusion of all people with intellectual disabilities – and ultimately to the acceptance of all people with differences. Special Olympics were founded by Eunice Kennedy Shriver in 1968.

The Special Olympics athlete oath states, ‘Let me win. But if I cannot win, let me be brave in the attempt.’

For more information about the Special Olympics World Games 2015 log on to www.la2015.org, for updates on the Maltese team, follow Special Olympics Malta on Facebook.

The link for the Maltese team’s Facebook page: https://www.facebook.com/pages/Special-Olympics-Malta/113901471994819?fref=ts

The list of  Special Olympics Malta Athletes competing in the World Games 2015 in Los Angeles is in the bottom of this article

The Maltese contingent

__________________________________________________________________________________________________

ATLETI MALTIN JIKKOMPETU FL-ISPECIAL OLYMPICS WORLD GAMES 2015

ĠEWWA LOS ANGELES

22 atleta minn sitt dixxiplini differenti ser jirrappreżentaw lil Malta fl-Special Olympics World Games li ser isiru f’Los Angeles bejn il-25 ta’ Lulju u t-2 t’Awissu. Malta ser tikkompeti fl-Atletika, Aquatics, Bowling, Bocce, Ġinnastika u Table Tennis. Id-delegazzjoni Maltija tinkludi 12-il coach, assistent Kap tad-Delegazzjoni li hi Elaine Bonnici u lil Anna Calleja bħala l-Kap tad-Delegazzjoni. Is-Sinjura Calleja hija d-Direttur Nazzjonali tal-Special Olympics Malta għal dawn l-aħħar 15-il sena. Is-Sinjura Michelle Muscat hija l-President Onorarju tat-tim Malti.

Iċ-ċerimonja tal-Ftuħ tal-World Games ser issir nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju fil-Los Angeles Memorial Coliseum. L-ispettaklu ser jiċċelebra il-veru stilel ta’ dawn il-loghob – l’atleti tal-Special Olympics u ser jinkludi divertiment, il-parata tal-atleti, l-aħħar partita,l-ġirja bit-torċa u l-mixgħela tal-fjamma. Ic-ċerimonja ser tkun trasmessa madwar id-dinja mill-istazzjon ESPN. Artisti internazzjonali li ser jieħdu sehem jinkludu lil Stevie Wonder, Avril Lavigne, O.A.R., Cody Simpson, u Nicole Scherzinger.Id-direttur tac-ċerimonja hija Debbie Allen, rebbieħa ta’ bosta Emmy Awards, fosthom għall-korjografija tal-film Fame. Mistiedna speċjali jinkludu lil Jimmy Kimmel, Eva Longoria, Michael Phelps u ħafna oħrajn.

Los Angeles ser tospita 7000 atleta tal-Special Olympics u 3000 coach minn aktar minn 170 pajjiz għal World Games. Uħud mill-atleti Maltin li ser jikkompetu f’Los Angeles diġa ħadu sehem u rebħu bosta medalji fil-World Games tal-2011 li saru f’Ateni, l-Greċja. Dawn huma l-aħwa Annemarie u Matthew Bugeja, li rebħu midalji tad-Deheb, Fidda u Bronż fil-Ġinnastika; Shanaia Xuereb, Charmaine Mifsud u Matthias Attard li rebħu midalji tad-Deheb, Fidda u Bronż fl-Aquatics; Sarah Caruana, Jessica Dalli u Naomi Axisa li rebħu midalji tal-Fidda fl-Atletika; Philip Gruppetta u Natasha Bianchi li rebħu midalji tad-Deheb u Bronż fil-Bowling; u Yowanna Vassallo u Mark Agius li rebħu midalji tal-Bronż fil-Bocce.Fil-European Games li saru f’Antwerp, il-Belġju s-sena l-oħra it-tim Malti kiseb 17-il midalja tad-Deheb, 16 tal-Fidda u 13 tal-Bronż.

L-għan ewlieni tal-Special Olympics World Games hu li jqajjem għarfien li jwassal għal inklużjoni ta’ persuni b’diżabilitajiet intellettwali – u finalment inklużjoni tal-persuni kollha b’xi tip ta’ differenza. Eunice Kennedy Shriver hija l-fundatriċi li waqqfet l-Special Olympics fl-1968.

Il-ġurament tal-atleti tal-Special Olympics jgħid, ‘Ħallini Nirbaħ. U jekk ma nistax, ħallini nkun kuraġġuża fl-isforzi tiegħi.’

Għal aktar informazzjoni dwar l-Special Olympics World Games 2015 wieħed jista’ jidħol fis-sit www.la2015.org, u għal aktar informazzjoni dwar it-tim ta’ Malta,segwi l-paġna ta’ Special Olympics Malta fuq Facebook.

Il-link tal-Facebook tat-tim Malti: https://www.facebook.com/pages/Special-Olympics-Malta/113901471994819?fref=ts

Il-lista ta’ atleti Maltin li se jikkompetu fil-World Games 2015 f’Los Angeles hija mniżżla isfel.

__________________________________________________________________________________________________

List of athletes and coaches taking part/Lista ta’atleti u kowċis li se jieħdu sehem

 

 

 

 

 

 

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-to-take-part-in-2015-special-olympics-in-los-angeles/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.