Malta tkompli tirregistra sucess fil-Monaco Yacht show

Saturday, September 28, 2013, 11:19

Il-preżenza ta’ Malta li dejjem tikber fir-reġistrazzjoni ta’ superyachts madwar id-dinja, ġiet rikonoxxuta matul il-parteċipazzjoni ta’ Transport Malta (TM) fil- Monaco Yacht Show 2013, avveniment ewlieni fid-dinja tas-superyachts, gewwa Monaco. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura is-Sur Joe Mizzi, is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, Dr Edward Zammit Lewis responsabbli mill-promozzjoni marittima u ċ-chairman ta’ Trasport Malta, is-Sur James Piscopo.

Waqt avveniment organizzat mill-Professional Yachting Association (PYA), Dr. Zammit Lewis irrimarka li l-istrateġija ta’ Malta bħala ċentru internazzjonali ta’ servizzi tal-jottijiet huwa l-aħjar msaħħaħ bil-kooperazzjoni u l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha b’mod strutturat. Dan kien partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-ftehim bejn Malta Registry of Ships u l-PYA, fejn iż-żewġ partijiet qablu li jikkooperaw biex jinħolqu opportunitajiet aħjar għal rwol aktar attiv għall-Awtorità f’din l-industrija. Din hija prova ċara tal-impenn tal-Amministrazzjoni Maltija lejn l-industrija tal-jottijiet u l-ekwipaġġ tiegħu.

Sadanittant, il-Kaptan Andrew Schofield, president tal-PYA, esprima l-gratitudni tiegħu lill-delegazzjoni Maltija u ddikjara li dan il-ftehim għandu l-għan li jappoġġja inizjattivi biex jippromwovu taħriġ tal-ekwipaġġ. Fil-fatt, il-PYA, waqqfet fergħa ta’ assoċjazzjoni f’Malta li se jippermettu rappreżentazzjoni aħjar għall-ekwipaġġ Malti u l-ekwipaġġ fuq superyachts reġistrati f’Malta. Is-seminar huwa segwit minn parteċipanti ewlenin  f’din l-industrija u ekwipaġġ li għandhom influwenza fuq il-destinazzjonijiet miżjura mill jottijiet.





Leave a comment