Malta tkompli bil-parteċipazzjoni fil-Kampjonat tal-Mediterran 2011
Sunday, June 12, 2011, 20:36
Fir-ritratt jidhru is-Sur Marco Millo Direttur tal-marketing fi hdan il-Malta Racing Club u Anthony Demanuele, fl-ahhar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran 2010 fejn Malta kienet dikjarata r-rebbieha ta' da il-kampjonat.
Fi tmiem il-ġimgħa propju nhar il-Ħadd ta’ 12 ta’ Ġunju 2011, Malta ser tkun qed tieħu sehem f’tappa oħra tal-kampjonat tal-Mediterran 2011 li ser issir is-Serbja. Din it-tappa ser tkun qed taħbat it-tielet waħda fil-kampjonat miftuħ għaż-żwiemel tat-trott u l-ħames waħda għaż-żwiemel tal-galopp.
F’dawn it-tappep, Malta ser tkun rappreżentata mill-ġerrej Clint Vassallo, li bħalissa qed jokkupa l-11-il pożizzjoni fil-klassifika ġenerali tal-ġerrejja tal-Malta Racing Club u mill-jockey Oliver Briffa li bħalissa jinsab jokkupa l-1 pożizzjoni tal-klassifika ġenerali tal-jockeys tal-Malta Racing Club. Clint Vassallo għadu ġej mir-rebħ tas-Sette Giungio Cup, finali li saret fil-korsa tal-Marsa nhar it-Tliet 7 ta’ Ġunju 2011 fejn saq iż-żiemel Think Yatzee, filwaqt li Oliver Briffa fl-istess ġurnata spiċċa fit-2 post biż-żiemel Just the Best f’dik li hija l-aktar tiġrija importanti fil-kalendarju tat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-galopp, jiġifieri l-Mediterranean Derby.
Dawn iż-żewġ ġerrejja ser ikunu akkumpanjati mid-Direttur tal-Proġetti fi ħdan il-Malta Racing Club, is-Sur Marco Millo. Ta’ min ifakkar li Malta s-sena l-oħra rebħet dan il-kampjonat fis-sezzjoni tat-tiġrijiet tat-trott.
Finali tal-Kampjonat taż-Żwiemel Franċiżi – Sponsorjat mis-Société du Cheval Français
Nhar il-Ħadd li ġej, 12 ta’ Ġunju 2011, fil-korsa tal-Marsa ser jitella’ programm speċjali tant mistenni mid-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel fejn ser ikun hemm xejn anqas minn 5 finali minn programm ta’ 10 tiġrijiet. Dawn il-finali li huma riservati għaż-żwiemel Franċiżi huma hekk kif ġej;
Prix de Caen li hija finali għaż-żwiemel Franċiżi tal-Klassi Copper,
Prix de Cagnes Sur Mer li hija finali għaż-żwiemel Franċiżi tal-Klassi Bronż,
Prix de Cabourg li hija finali għaż-żwiemel Franċiżi tal-Klassi Silver,
Prix d’Enghien li hija finali għaż-żwiemel Franċiżi tal-Klassi Gold u
Prix de Vincennes għaż-żwiemel Franċiżi tal-Klassi Premier
L-aktar tiġrija mistennija f’dan il-programm tkun dik tal-klassi premier li tibda fil-5.30pm. Din il-finali ser tkun komposta minn fost l-aqwa disa’ żwiemel Franċiżi tal-mument li huma hekk kif ġej;
- Master Perrine,
- Malin Roro,
- Mark de Chamant,
- Le Coup de Foudre,
- Lovely Mab,
- Marathon Villers,
- Kakisis,
- Knock de Manche, u
- Joker de Choisel
Il-preżentazzjonijiet wara kull finali ser jitmexxew mis-Sur Benoît Fabrega fid-Dipartiment Internazzjonali tas-Société du Cheval Français.
