Malta tirbah l-ewwel medalja tad-deheb fit-tielet gurnata .

Saturday, June 1, 2013, 8:16

Aktar successi ghall-atleti Maltin fil-15 l-Edizzjoni tal-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa filLussemburgu.

 

ATLETIKA :

Kevin Arthur Moore irrepeta s-success ta’ sentejn ilu meta rebaħ l-ewwel medalja tad-deheb għal Malta bl-ewwel post fl-400 metru b’rekord gdid nazzjonali ta’ 47.53 sekondi. Moore spiċċa qabel Kristinn Ivar Jasonarson tal-Iżlanda b’ 48.05′ filwaqt li fit-tielet post gie Hodur Kolbeinn Gunnarsson bi 48.21′.

Lara Scerri fil-finali tal-400m din spiċċat fis-sitt post b’ 59.22′ bit-tellieqa tintrebah minn Anita Hinriksdottir tal-Iżlanda f’ 54.29′. Saru wkoll il-heats tal-200 metru tal-irġiel. Steve Camilleri dahal fit-tielet post fu 22.20′ sekondi u b’hekk għadda għall-finali filwaqt li Luke Bezzina kellu false start fit-tieni heat u ġie skwalifikat. Fil-heats tal-200m tan-nisa, Diane Borg spiċċat fit-tielet post fil-heat tagħha f’ 25.17 sekonda u għaddiet għall-finali filwaqt li Nicole Gatt fuq l-istess distanza m’għaddiex għall-finali wara li għamlet ħin ta’ 26.27′ sekondi.

Rachid Chouhal spiċċa fir-raba’ post fil-Long Jump b’6.88 metru b’ Andy Grech jispiċċa fis-sitt b’ 6.70 metru.

BASKETBALL :

Fil-basketball, wara li nhar l-Erbgħa Malta tilfet kontra l-Iżlanda, fit-tieni partita Malta sfat meghluba mill-Lussemburgu 54 – 49. L-aqwa skorers għall-Malta kienu Demartino u Vella, bi 13-il punt kull wahda. Malta issa tilghab kontra Cipru fejn rebha biss tghati lil Malta l-medalja tal-bronz.

GHAWM :

Fl-ghawm Andrew Chetcuti rebaħ il-midalja tal-fidda fil-finali tal-50 metru freestyle. Huwa ghamel ħin rekord nazzjonali ta’ 23.50 sekonda biex tejjeb ir-rekord tiegħu stess b’0.10 sekondi. Dan wara li fl-ewwel heat għamel ħin ta’ 23.63.

GINNASTIKA :

Suzanne Buttigieg kisbet l-ewwel medalja fil-ġinnastika għal Malta hekk kif din spiċċat fit-tieni post fil-kategorija tal-Beam. Buttigieg ġabet total ta’ 12,100 punt f’din il-kategorija biex spiċċat wara Aline Bernara tal-Lussembugru. Din tal-aħħar ġabet b’kollox 12,600 punt.

Kirsty Caruana u Peppina Dalli kienu ħadu sehem fil-kategorija tal-Vault. Caruana ġabet total ta’ 12,125 punt filwaqt li Dalli spiċċat fir-raba’ post b’total ta’ 12,950 punt. Dalli kienet ukoll impenjata fl-Uneven Bars u din spiċċat fil-ħames post minn total ta’ tmienja. Il-Maltija ġabet 9,850 Caruana kienet ukoll impenjata fil-kategorija tal-Floor u din ġabet 11,400 punt .

JUDO :

Fil-Judo t-tim tal-irġiel kiseb il-midalja tal-Fidda fil-kategorija tat-Timijiet. It-tim Malti maghmul minn Jeremy Saywell, Isaac Bezzina u Korchilava Murman kellu wirjiet pozitivi fejn wara li bdew b’rebħa ta’ 3-0 fuq Ċipru. Kontra l-Izlanda il-Maltin rebħu 2-1, b’Murman ikollu wirja u rebħa mill-aqwa filwaqt li Bezzina tilef kontra avversarju b’saħħtu. Saywell ingħata walk over minħabba li l-Iżlandizi kellhom biss żewġ judokas.

Kontra l-Lussemburgu fil-finali l-Maltin tilfu 2-1 u Saywell kien l-uniku Malti li kiseb rebħa. Il-medalja tal-bronż intrebħet mit-tim tan-nisa maghmul minn Marcon Bezzina, Joanna Camilleri u Vanessa Frazier fejn wara li sofrew telfa ta’ 3-0 kontra l-Lussemburgu kellhom jilagħbu fil-finali għall-bronż kontra Monaco fejn fil-finali rebħu 2-1 .

TABLE TENNIS :

Fil-kategorija tan-nisa l-koppja Lue Peng Fei u Viktoria Lucenkova kisbu l-medalja tal-fidda filkategorija tad-Doubles tan-nisa. Fl-ewwel rawnd il-koppja ghal Malta ghelbu lil Aldis Larusdottir u Eva Josteinsdottir tal-Iżlanda 11-2, 11-3, 11-5. Fit-tieni rawnd il-Maltin għelbu lill-koppja ta’ Monaco Riley Lauren u Ulrika Quist. 11-4, 11-3 u 11-2. Fit-tielet rawnd Peng Fei u Lucenkova tilfu kontra Sarah Di Nutte u Lian Xia Ni talLussembugr fejn wata li rebhu l-ewwel sessjoni 11-5 tilfu t-tnejn ta’ wara 11-5 u 13-11. Kontra San Marino Peng Fei u Lucenkova rebħu fi tlett sets u r-rebh tat-tieni medalja tal-fidda f’jumejn. Fil-kategorija tal-irġiel, waslet it-tieni medalha tal-bronz bl-uniku rebħa tal-Maltin waslet kontra lkoppja ta’ San Marino Mattia Berardi u Marco Vannucci. Fil-partiti l-oħra Bajada u Gerada tilfu kontra Viktor Rogic u Irfan Cekic tal-Montenegro u tilfu wkoll kontraMike Bast u Gilles Michely tal-Lussembugru.

TENNIS :

Elaine Genovese u Roseanna Dimech għaddew għall-finali tad-Doubles tan-Nisa wara li għelbu lill-koppja Gundmundsdottir u Staub tal-Iżlanda bi skor ta’ 6-4, 6-2. Fil-finali tal-Mixed Doubles Genovese se tkun qed tilgħab ma’ Matthew Asciak kontra Vogt u Kranz tal-Lussemburgu.





Leave a comment