- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta tirbaħ għall-ewwel darba r-Rugby Europe Sevens

Posted By Sportinmalta On August 4, 2016 @ 8:00 pm In Featured,Rugby | No Comments

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lit-team nazzjonali tar-rugby tal-irġiel, li għadhom kemm ġew inkurunati champions tar-Rugby Europe Sevens, Men Conference 2, wara li fil-finali għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 19-0.

Is-Segretarju Palamentari jibgħat l-awguri tiegħu lill-players, lill-coach u lill-istaff tekniku tat-team nazzjonali, lill-President tal-MRFU Brian Dalton u l-amministrazzjoni kollha tal-Malta Rugby Football Union.

Malta spiċċat l-ewwel fi grupp B wara li rebħet tlieta minn daqstant logħbiet. Fis-semifinali għelbet lil Iżlanda 19-0 biex fil-finali ħarġet rebbieħa fuq il-Montenegro 19-0.

Dan huwa tragward storiku għat-team nazzjonali Malti tar-rugby għax din hija l-ewwel darba li Malta qatt rebħet din il-kompetizzjoni. Dan ikompli jixhed l-impenn li qed tagħmel l-amministrazzjoni tal-MRFU f’pajjiżna. Il-Gvern japprezza l-isforzi li tagħmel l-MRFU u qiegħed f’taħdidiet sabiex jinstab sit fejn pajjiżna jkollu wkoll il-faċilità ddedikata lil dan l-isport. L-MRFU bil-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari, minn din is-sena bdiet l-inizjattiva ta’ Get into Rugby li huwa proġett pilota sabiex minbarra s-sessjonijiet għall-istudenti tal-iskejjel primarji kollha, qed isiru wkoll workshops għall-għalliema tal-edukazzjoni fiżika mill-Get into Rugby Manager ta’ Rugby Europe għal aktar promozzjoni ta’ dan l-isport fl-iskejjel.

Ritratt: MEDE_PS

Malta Men's National Rugby Team as the Men's 7 Conference Winners


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-tirbah-ghall-ewwel-darba-r-rugby-europe-sevens/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.