Malta tikseb il-medalja tal-fidda b’wirja tajba.

Friday, June 28, 2013, 9:40

F’finali mill-isbah kontra l-Italja, it-tim Malti ‘raffa’ maghmul minn Stefan Farrugia u David Farrugia kellu jikkuntenta bil-medalja tal-fidda f’finali li matulha t-tim Malti qasam il-loghob ghal hinijiet twal tant li sal-ahhar fazi il-puntegg kien ta’ 7 – 8 ghall-Italja.

Kienu l-koppja D’Alterio – Paleari li sal-ewwel zewg sessjonijiet fethu vantagg ta’ 0 – 2 u 0 – 3. Waslet reazzjoni mit-tim Malti li ghamel l-iskor 3 – 3 bl-Italja izda tkum 3 – 8 minn fuq sa tmiem il-hames sessjoni. Fl-ahjar mument tat-tim Malti bi Stefan Farrugia jtajjar il-likk u David Farrugia jidhol tajjeb, waslu erba’ punti f’salt li ghamlu l-iskor 7 – 8 . Tlett punti ghall-Italja ghall-iskor ta’ 7 – 11 izda f’mument meta kollox deher facli ghal Italja biex jirbhu l-medalja tad-deheb waslu zewg punti mit-tim Malti li ghamlu l-iskor 9 – 11 madankollu fi tmiem il-partita wasal il-punt li D’Alterio u Paleari kellhom bzonn biex ghalqu l-partita 9 – 12 bit-tim Malti altru milli sodisfatt bil-wirja u r-rebh tal-medalja tal-fidda li flimkien ma’ dik tad-deheb mirbuha minn William Chetcuti jghamlu l-partecipazzjoni Maltija bhala l-aqwa wahda sa issa mill-1951.

L-attenzjoni minn nhar il-Gimgha tmur fuq is-singles tal-irgiel bi Stefan Farrugia jibqa’ l-uniku atleta fl-azzjoni f’Mersin.





Leave a comment