Malta tikkompeti fl-ICC European Championship

Monday, September 17, 2012, 10:00

It- tim Malti tal-Cricket marru jikkompetu fl- ICC European Championship,fit-tieni divisjoni, bejn it-tielet u t-tmienja ta’ Settembru f’ Corfu, Il-Ġreċja. Il- Grawnds kienu kollha iżgħar minn dak li hemm il-Marsa. It- tim Malti kellhu tagħma li jispicca bejn il- ħames u tmien post f’dan il- kampjonat.

Fl- ewwel logħba kontra l-Portugal it- tim Malti ibbatja u għamel total ta’ 124 runs. F’dan il-format ta’ għoxrin over u grawnds zgħar ma kienx l-aħjar score, meta mal-ħdax il-over konna seba’ u sebgħin run. Nowell Khosla kien l-ogħla skorer b’ tmienja u erbgħin run li inkludew erba’ fours u żewġ sixes. Frank Spiteri għamel erba’ u għoxrin run. Andrew Naudi u John Callus skorjaw ħmistax ir-run kull wieħed. It- tim tal- Portugal damu sat-tmintax il-over biex għamlu ir-runs u tilfu żewġ wickets biss.

Fit- tieni jum it-tim Malti kellu żewġ logħbiet , L-ewwel kontra Israel li ibbatjaw u għamlu total ta’ 133 run. Id- dispjacir tal- Maltin kien li mal- ħmistax il over kull ma kienu seba’ u sebgħin run.  Għat-tim Malti Justin Brooke,Nowell Khosla u Mike Caruana kienu l-aktar wicket takers b’ tnejn kull wiehed. It- tim Malti ġie maħruġ kollhu għall 92 run. Frank Spiteri kien l ogħla skorer b’ tlieta u erbejn run li inkluda hames fours u six wiehed.

It- tieni logħba kienet kontra Luxemburg li ibbatjaw u għamlu skor tajjeb ta 151 run. George Agius u Derek Ali ħadu zewg wickets kull wiehed. Nowell fetaħ l- innings u skorja tnejn u erbgħin run minn wiehed u erbgħin ballun. Meta ħareg hu li skor kien ta 88 u kien fadal sitt overs. Daħal Andrew Naudi u lagħab wieħed mill-aħjar innings tiegħu, għamel sitta u sittin run minn seba’ u għoxrin ballun li inkluda ħames fours u ħames sixes. Ronnie Sacco skorja ħmistax ir-run minn erba’ blalen. Din kienet waħda mill- aħjar rebħiet li għamlet Malta kemm ilha tikkompetti.

Kontra Estonia kien hemm catch imwaqqa mill-ewwel ballun tal-logħba  u il-player N.Riar baqa’ u għamel wieħed u sebgħin run. It- tim ta’ Estonia għamel skor ġmielu ta’ 184. Mike Caruana, George Agius u Nowell Khosla ħadu wicket kull wiehed. Ir risposta tal-Maltin kienet ta’ 128 run, b’ Frank Spiteri l -ogħla skorer b’ tnejn u għoxrin run u Ronnie Sacco b’ dsatax ir run.

L-aħħar logħba fil -group stage kienet kontra Spanja. It- tim Malti ibbatja l-ewwel u kull ma għamel huwa 119 ir- run,  meta mal- għaxar over kienu sebgħin. Andrew Naudi kien l-għola skorer b’ disa u għoxrin run waqt Frank Spiteri għamel tmientax. It- tim ta’ Spanja ma tilfux wickets u għamlu ir-runs fit tnax il over. A.Khan għamel wieħed u ħamsin u T Ali Awan għamel tmienja u ħamsin., kien hemm tnax il extra.

It- tim Malti spiċċa fil-ħames post (minn sitta) fil- group stage.

Malta kellha tilgħab kontra l-Kroażja , It- tim Malti ibattja l-ewwel u għamel skor modest ta 127 run. Nowell Khosla għamel tlieta u erbgħin run li inkluda ħames fours u żewġ sixes. Ronnie Sacco għamel tlieta u għoxrin run. It- tim tal Kroażja għamlu ir-runs fl- aħħar over. Mike Caruana u Nowell Khosla ħadu żewġ wickets kull wieħed. B’ din it -telfa it- tim Malti kellu jilgħab kontra it tim ta’ Ċipru  biex jara min ha jigi l – aħħar.

Kontra Ċipru it- tim Malti ibbatja l-ewwel u  għamel 96 runs. Nowell Khosla kien l -għola skorer b’ sitta u għoxrin run, u Justin Brooke li għamel sittax ir run. It tim Ciprijot għamel ir- runs fit tnax il over mingħajr ma’ tilfu wicket. B’ din it- telfa Malta giet l -aħħar. Isle of Mann rebħu il- kampjonat waqt li Sweden ġew it- tieni  imbagħad, Spanja, Israel,Grecja, Finland, Portugal , Estonia, Luxemburg, Kroażja, Cipru





Leave a comment