Malta Tifrah bir-rizultat li nkiseb kontra l-Armenja

Saturday, June 8, 2013, 9:59

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Isport Stefan Buontempo feraħ lit-tim Malti tal-futbol mhux biss għall-wirja li għamel fil-logħba kontra l-Armenja imma wkoll għar-rebħa li nkisbet ta’ 1-0.

Dr Buontempo f’kollegament telefoniku mal-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo, feraħ lill-players għal rebħa mistħoqqa, lill-kowċ is-Sur Pietro Ghedin u anke lid-diriġenti tal-MFA.

Huwa stqarr li Malta llum hija kburija bit-tim tagħha għax il-ħidma ta’ kulħadd ħalliet il-frott.

 





Leave a comment