Malta tiehu sehem fil-Kampjonat tal-EuroHockey Nations III

Thursday, July 27, 2017, 19:45

 

 

Il-kowc nazzjonali tal-hockey Pieter Bregman, ex-player tat-tim-Nazzjonali Olandiz, ghazel it-tim li bieh se jilghab f’dan it-tournament.  It-tournament se jsir fi Sveti Ivan Zelina,fil-Kroazja.

It-tim ilu ghaddej bil-preparazzjoniijiet ghall-dawn l-ahhar 8 xhur u issa wasal il-waqt li wiehed jara kif din l-iskwadra marret il-quddiem mill-ahhar darba li hadet sehem f’tournament simili.  Fil-fatt dan kien sentejn ilu meta Malta hadet sehem f’tournament li kien sehh fil-Litwanja u Malta spiccat fir 4 post.

Il-pajjizi l-ohra li se jiehdu sehem huma l-Italja, Slovakja, Belarus, Litwanja, Turkija u ovvjament Kroazia.  Malta tiftah l-impenji taghha kontra Kroazja fi Grupp B il-Hadd 30 ta Lulju.  Malta diga laghbiet drabi ohra kontra Kroazja, bl-ahhar darba tkun 18 il-sena ilu fejn Malta kienet tilfet 5-2.

Il-loghba li jmiss tkun nhar it-Tlieta 1 ta Awissu kontra Litwanja, pajjiiz li Malta laghbet kontrieh fl-ahhar edizzjoni u tilfet bi skor zghir u ghalhekk din il-fixture hija l-iktar wahda promettenti ghall-Maltin.  L-ghada Malta terga tilghab, din id-darba kontra Belarus, wiehed mill-pajjizi favoriti. Malta qatt ma laghbet kontra dan il-pajjiz.

Il-loghob huwa intensiv u kien ghalhekk li Bregman ipprepara programm iebes.  Skond ir-rizultati ta l-ewwel tlett loghbiet ikun maghruf jekk it-tim Malta jghaddix ghas-semi-finali jew ghall-loghbiet ta’ kwalifikazjoni biex ikun deciz il-pozizzjoni fil-klassifika finali.  Bla-dubju, se jkun tournament difficli izda bil-preparazzjoni habrieka li kellhom, it-tim huwa ottimist li jgibu rizultati tajbin.

Il-players maghzula huma

Fil-lasta – Ramon Chircop and Emile Borg,
Difiza – Joseph Cuschieri, Keith Scicluna, Lukas Plaehn, Juan Sarcia, Ryan George
F’nofs il-pitch – Luke Brincat, Mark Camilleri (captain), Silas Plaehn, Ryan Dalli, Zach Degiovanni,  Keith Calleja
Attakkanti – Thomas Degiovanni, John Williams, Steve Portelli, Shaun Grima

Il-fixtures shah tat-tournament jinstabu fuq  http://eurohockey.org/competitions-calendar/





Leave a comment