- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta se tospita l-Kampjonati Ewropej tal-Eight Ball Pool

Posted By Sportinmalta On February 15, 2018 @ 7:54 am In Featured,Pool | No Comments

Għas-seba’ darba l-Malta Pool Association ser torganizza l-Kampjonati Ewropej tal-Eight Ball Pool f’pajjiżna  li se jsiru bejn it-18 u t-23 ta’ Frar fid-Dolmen Hotel.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima filwaqt li awgura lit-42 plejer li ser jieħdu sehem f’dan il-kampjonat saħaq li huwa ta’ unur għal Malta li qed tospita avveniment kbir bħal dan. Kompla jgħid li din l-assoċjazzjoni u, anke dan l-isport, dejjem ġab riżultati eċċellenti fix-xena internazzjonali.

Malta ser tkun rrappreżentata minn seba’ timijiet, Irġiel A, Irġiel B, Irġiel Ċ, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, 2 timijiet A u B fil-kategorija taż-żgħażagħ taħt it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll zewg timijiet A u B fil-kategorija tat-timijiet ta’ plejers akbar minn 50 sena.

Il-kampjonati ser jinkludu seba’ kategoriji li huma ta’ l-Irġiel A, Irġiel B, Irġiel C, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taħt it-23 sena kif ukoll kategorija għall-plejers ta’ aktar minn 50 sena. Barra l-kampjonati tat-timijiet, fl-istess perjodu ser jintlagħbu l-kampjonati individwali Ewropej għall-kategoriji ta’ l-Irġiel, Nisa, Żgħażagħ taħt it-18-il sena, Żgħażagħ taht it-23 sena kif ukoll għall-kategorija ta’ plejers ta’ aktar minn 50 sena.

F’ dawn il-kampjonati ser jieħdu sehem mhux anqas minn 12-il pajjiż fosthom il-Belġju, Channel Islands, Ċipru, Franza, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, Malta, Portugall, Skozja, Wales u l-Marokk bħala mistiedna speċjali. L-aqwa plejers Ewropej, li jinkludu diversi plejers professjonisti, ser ikunu ġewwa pajjiżna.

Id-direttur tal-kampjonati Ewropej ser ikun Vincent Degiorgio li huwa s-segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-European Eight Ball Pool Federation u World Eight Ball Pool Federation.

Il-ftuħ tal-kampjonati ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar biċ-ċeremonja tal-ftuħ tibda fid-9.30am. Il-logħob tal-kampjonati jibda l-Ħadd fil-11am u jibqa sejjer sal-Ġimgħa meta jintlaghbu l-finali tal-kategoriji kollha. Il-prezentazzjoni ta’ l-unuri ser issir il-Gimgha 23 ta’ Frar fil-għaxija. Il-kampjonati ser ikollhom fond ta’ premjijiet ta’ mhux anqas minn € 21,500. Id-dħul għall-kampjonati ser ikun b’xejn.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-se-tospita-l-kampjonati-ewropej-tal-eight-ball-pool/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.