Malta se tieħu sehem fil-Wales Open Championships

Friday, March 16, 2012, 15:53


Malta se tieħu sehem f’April li ġej  fil-Wales Open Championships, kompetizzjoni li se tinkludi wkoll it-timijiet tal-Gran Brittanja, Skozja u l-Irlanda. Din se jkun fuq l-istess skala ta’ dik li saret f’Malta f’Diċembru 2011 u li ntrebħet minn Malta.

Il-kontinġent Malti se jkun magħmulminnżewġ uffiċjali u seba’ lottaturi li se jkunu l-akbar numru għal dawm l-aħħar snin. L-uffiċjali se jkunu l-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina u Kenneth Vella u il-lottaturi Gary Giordimaina (Schoolboy 47kg), Adam Vella (Senior 60kg), David Zammit (Senior 66kg), Andrea Saliba (Senior 74kg), George Vassallo (Senior 74kg), Abraham Vassallo (Senior 84kg) u Aidan Buhajar (Senior 96kg).

Vella u Buhagiar se  jirritornaw fuq it-tapit wara li ma ħadux sehem fil-Malta Open f’Diċembru minħabba injuries. Mill-banda l-oħra l-veterani George Vassallo u ħuħ Abraham ċertament se jkun spalla tajba għall-lottaturi ferm iżgħar.

 

 

 

 

   

 

 

 

    





Leave a comment