Malta Se Tiddefendi T-Titlu Fil-Kampjonati Ewropej Tal-Pool

Sunday, February 12, 2017, 20:44

Gavin Muscat

Malta se tieħu sehem fil-kampjonati Ewropej tal-Pool li se jsiru ġewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn il-12 u s-17 ta’ Frar. Il-Malta Pool Association se tibgħat erba’ timijiet f’ dawn il-kampjonati fil-kategoriji ta’ l-irġiel, Under 23’s u Over 50’s. Bħal kull sena l-assoċjazzjoni tiffinanzja l-akbar kontinġent Malti li jikkompeti f’ kampjonati internazzjonali tal-Pool.

It-tim tal-irġiel se ikun kompost minn  Anton Cuschieri, Antione Aquilina, Johann Attard, Kevin Mercieca, Christ Tabone u Phillip Zammit.

It-team taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin se, li se jiddefendi t-titli mirbuħa f’ dawn l-aħħar sentejn se jkun kompost minn Cassar, Ryan Pisani, Dejan Grech u Ryan Falzon. Malta se tkun irrappreżentata b’ żewġ timijiet fil-kategorija tal-Over 50’s bit-tim A jinkludi lil Brian Grech, Ray Caruana, Marcel Micallef u Joe Aquilina filwaqt li t-tim B se jkun kompost minn Tonio Mifsud, Domenic Camilleri u Twanny Mifsud.

Carmel Cilia u Vincent Degiorgio se jmexxu t-timijiet f’ dawn il-kampjonati.

Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player se jkun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali.

Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association, se jerġa jikkontesta l-elezzjoni għall-kariga ta’ teżorier fil-Federazzjoni Ewropeja tal-Pool. Degiorgio ilu jokkupa din il-pożżizjoni għal dawn l-aħħar sittax il-sena.

Rizultati kollha tal-kampjonati jistgħu jiġu segwiti fuq il-paġna ta’ Facebook tal-assoċjazzjoni.

Under-23s

Over 50s

Men's Team





Leave a comment