Malta Pool Association Thabbar Stagun Mimli Attivitajiet

Monday, September 1, 2014, 12:07

Ghas-seba u ghoxrin sena konsekuttiva l-Malta Pool Association hejjiet program ta’ attivitajiet ghad-delettanti kollha tal- ‘Pool’ gewwa pajjizna. F’ dan l-istagun, li ser ikollu bidu fit- 22 ta’ Settembru, l-assocjazzjoni ser torganizza kampjonati tat-timijiet, li ser ikunu maqsuma f’ erba divizjonijiet, li jibdew f’ Jannar u jispiccaw f’ Gunju, Team knockout maqsuma f’ zewg kategoriji li jkollha l-bidu taghha f’Novembru, Christmas Cup li tintlaghab f’Dicembru, Easter Cup li tintlaghab f’ April u Super Cup li tinzamm f’ Gunju.

Fil-kategoriji individwali l-assocjazzjoni ser torganizza seba’ ta’ ‘Ranking Tournaments’ li jinkludu l-kategoriji ta’ l- irgiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Barra dawn is-serje ta’ ‘Ranking Tournaments’ l-assocjazzjoni ser torganizza wkoll ‘Qualifier Tournaments’ ghall-kampjonati mondjali.

Impenn importanti ghall-assocjazzjoni f’ dan l-istagun ser ikun l-organizzazjoni tal-kampjonati ewropej gewwa pajjizna. Din ser tkun is-sitt darba li l-assocjazzjoni giet f’ data bl-organizzazjoni ta’ l-aktar kampjonati importanti fl-Ewropa. Dawn ser issiru bejn l-14 u l-20 ta’ Frar f’ lukanda San Pawl il-Bahar.

Ghaldaqstant l-assocjazzjoni qeda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ affiljazzjoni fi hdanha. Clubs/Bars li huma interessati li jiehdu sehem ghandhom iccemplu lis-segretarju generali ta’ l-assocjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq Tel. No. 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz ta’ l-assocjazzjoni P.O Box 33, Paola. jew permezz ta’ e-mail fuq jew degi8@maltanet.net jew jiksbu l-informazzjoni mill-website ta’ l-assocjazzjoni www.maltapoolassociation.com jew pagna ta’ Facebook.

Filwaqt li nibghat inselli ghalik, nirringrazzjak tal-ghajnuna u koperazzjoni tieghek u nibqa’,





Leave a comment