- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta Pool Association Tħabbar Staġun Mimli Attivitajiet

Posted By Sportinmalta On August 16, 2016 @ 1:30 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Għas-tmienja u għoxrin sena konsekuttiva l-Malta Pool Association ħejjiet program ta’ attivitajiet għad-dilettanti kollha tal- ‘Pool’ ġewwa pajjiżna. F’ dan l-istaġun, li ser ikollu bidu tiegħu fil- 5 ta’ Settembru, l-assocjazzjoni ser torganizza kampjonati tat-timijiet, li ser ikunu maqsuma f’ erba divizjonijiet, li jibdew f’ Jannar u jispiccaw f’ Gunju, Team knockout maqsuma f’ zewg kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f’ Ottubru, Christmas Cup li tintlagħab f’Dicembru, Easter Cup li tintlagħab f’ Marzu u April u Super Cup li tinzamm f’ Ġunju.

Fil-kategoriji individwali l-assocjazzjoni ser torganizza  seba’ Ranking Tournaments’ li jinkludu l-kategoriji ta’ l- irgiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Barra dawn is-serje ta’ ‘Ranking Tournaments’ l-assocjazzjoni ser torganizza wkoll il-kampjonati nazzjonali individwali li jibda f’ Jannar.

L-assocjazzjoni ser tirraprezenta lil pajjiżna fil-kampjonati Ewropej, li ser issiru fi l-Ingilterra, bi tliet timijet dak ta’ l-Irgiel, Under 23’s u Over 50’s.  Malta ser tkun rapprezentata minn erba’ timijiet fil-kampjonati mondjali li ser issiru f’ Gunju ġewwa Blackpool.

Għaldaqstant l-assocjazzjoni qeda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ affiljazzjoni fi ħdanha. Clubs/Bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iccemplu lis-segretarju ġenerali ta’ l-assocjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq 79499117 jew jiksbu l-informazzjoni mill-website ta’ l-assocjazzjoni www.maltapoolassociation.com jew il-paġna tal- Facebook.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-pool-association-thabbar-stagun-mimli-attivitajiet-3/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.