Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet

Saturday, August 15, 2015, 14:19

Gavin Muscat

Għas-seba’ u għoxrin sena konsekuttiva l-Malta Pool Association ħejjiet programm t’ attivitajiet għad-dilettanti kollha tal- Pool ġewwa pajjiżna. F’ dan l-istaġun, li ser ikollu il-bidu tiegħu fil- 31 ta’ Awwissu, l-assoċjazzjoni ser torganizza kampjonati tat-timijiet, li ser ikunu maqsuma f’erba’ diviżjonijiet, li jibdew f’ Jannar u jispiċċaw f’ Ġunju, Team knockout maqsuma f’ żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f’Novembru, Christmas Cup li tintlgħab f’Diċembru, Easter Cup li tintlgħab f’ April u s-Super Cup li tinżamm f’ Ġunju.

Fil-kategoriji individwali l-assoċjazzjoni ser torganizza sitt Ranking Tournaments li jinkludu l-kategoriji tal- irġiel, Under 18’s, Under 23’s u Over 50’s. Barra dawn is-serje ta’ Ranking Tournaments l-assoċjazzjoni ser torganizza wkoll il-kampjonati nazzjonali individwali.

L-assoċjazzjoni ser tirrapreżenta lil pajjiżna fil-kampjonati Ewropej, li ser isiru fi Frar ġewwa Franza, bi tliet timijiet dak tal-Irġiel, Under 23’s u Over 50’s.  Malta ser tkun irrapreżentata minn erba’ timijiet fil-kampjonati mondjali li ser isiru f’ Ġunju ġewwa Blackpool.

Għaldaqstant l-assoċjazzjoni qeda tilqa’ applikazzjonijiet t’ affiljazzjoni fi ħdanha. Clubs/Bars li huma nteressati li jieħdu sehem għandhom iċemplu lis-segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq Tel.No. 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz tal-assoċjazzjoni P.O Box 13, Paola. jew permezz  t’ e-mail fuq degi8@go.net.mt jew jiksbu l-informazzjoni mill-website tal-assoċjazzjoni www.maltapoolassociation.com jew il-paġna tal- Facebook.

Link tal-Facebook page: https://www.facebook.com/pages/Malta-Pool-Association/341453869547?fref=ts





Leave a comment