Malta Journalism Awards: Jitħabbru r-rebbieħa tad-29 edizzjoni L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM)

Monday, July 22, 2019, 8:09

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) is-Sibt filgħaxija, 20 ta’ Lulju, 2019,  ħabbar il-ġurnalisti rebbieħa tad-29 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards f’ċerimonja li saret fil-Lukanda SeaShells Resort, San Pawl il-Baħar fejn matulha jkunu ppremjati dawk li jaħdmu fil-ġurnaliżmu.

Fl-istess ċerimonja, tħabbar li l-ġurnalista veteran Laurence Grech ingħata rikonoxximent billi l-Gold Award sponsorjat mill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu ngħata lilu. Il-motivazzjoni tressqet lill-Bord ta’ Ġurija li kien magħmul lill-President Emeritus Dr. Marie Louise Coleiro Preca u mis-Sinjuri Frans Ghirxi u Mario Schiavone.

Intant, ġurija indipendenti kienet maħtura mill-IĠM biex tevalwa ssottomissjonijiet għall-Malta Journalism Awards. Din kienet magħmulha misSur Albert Callus bħala Chairman u mis-Sinjuri Antoine Falzon u Sergio Mallia. Dawn kienu r-rebbieħa kollha:

Kategorija: Ġurnaliżmu Investigativ Stampat

David Hudson, Maltatoday Rebbieħ

Karl Azzopardi, Maltatoday Finalist

Victor Vella, it-Torċa Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Fotografiku – Sponsorjata minn The Farsons Foundation

Darrin Zammit Lupi, Reuters, Rebbieħ

Alan Saliba, l-Orizzont Finalist

Mark Zammit Cordina, Times of Malta Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Mxandar Skript Televiżiv – Aħbarijiet

Jonathan Farrugia, TVM Rebbieħ

Keith Demicoli, TVM Finalist

Antonia Micallef, TVM Finalista

Kategorija Ġurnaliżmu Mxandar Skript Televiżiv – Features

Mario Xuereb, TVM Rebbieħ

Jonathan Farrugia, TVM Finalist

Ruth Castillo, TVM Finalista

Kategorija: Ġurnaliżmu Radjufoniku – Aħbarijiet Kurrenti

George Cremona, RTK Rebbieħ

Andrew Azzopardi, Radju Malta Finalist

Melvic Zammit, Radju Malta Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Mxandar – Filmat

Brandon Pisani, TVM Rebbieħ

CVC Media, TVM Finalist

Joseph Mifsud, TVM Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Stampat/Elettroniku Stejjer Umani – Sponsorjata mill-Malta Public Transport

Karl Azzopardi, Maltatoday Rebbieħ

Jonathan Cilia, Lovin Malta Finalist

Claudio Coleiro, l-Orizzont Finalist

Kategorija – Ġurnaliżmu Mxandar – Stejjer Umani – Sponsorjata mill-Malta Public Transport

Andrew Azzopardi, TVM 2 Rebbieħ

George Cremona, RTK Finalist

Fiorella Pace, TVM Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Kulturali – Stampat – Sponsorjata mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu

Noel D’Anastas, In-Nazzjon Rebbieħ

George Cremona, Il-Gwida Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Kulturali – Mxandar – Sponsorjata mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu

Mario Xuereb, Radju Malta Rebbieħ

CVC Media, TVM Finalist

George Cremona, RTK

Finalist Kategorija: Ġurnaliżmu Elettroniku – Kulturali – Sponsorjat mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu

Keith Demicoli, www.tvm.com.mt Rebbieħ

Mark Zammit Cordina, Instagram Finalist

Darrin Zammit Lupi, Reuters Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu dwar l-Ambjent – Sponsorjata mill-kumpanija Wasteserv

Alan Deidun, The Sunday Times of Malta Rebbieħ

Jonathan Cilia, Lovin Malta Finalist

Keith Demicoli, TVM Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Elettroniku – Sponsorjat mill-Malta Information Technology Agency

Glen Falzon, www.tvm.com.mt Rebbieħ

Keith Demicoli, www.facebook.com/ParlamentEwropew Finalist

Christian Peregin, Lovin Malta Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu dwar l-Ivvjaġġar – Sponsorjat mill-Britannia Services Limited

CVC Media, TVM Rebbieħa Mario Micallef, TVM Finalist

Maria Muscat, TVM Finalista

Kategorija: Artikli ta’ Opinjoni – Sponsorjata minn AX Hotels

Alan Deidun, The Sunday Times of Malta Rebbieħ

Karl Azzopardi, Maltatoday Finalist

Jonathan Cilia, Lovin Malta Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Stampat Sport – Sponsorjata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat

Valhmor Camilleri, The Sunday Times of Malta Rebbieħ

Charles Camenzuli, il-Mument Finalist

Liam Carter, illum Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Mxandar Sport – Sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

Charles Camenzuli, NET TV Rebbieħ

Keith Demicoli, TVM Finalist

Sandro Micallef, TVM Finalist

Kategorija: Ġurnaliżmu Fotografiku Sport – Sponsorjata mill-Malta Gaming Authority

Domenic Aquilina, The Professional Imagemaker Rebbieħ

Mark Zammit Cordina, Times of Malta Finalist

Darrin Zammit Lupi, Reuters Finalist

Kategorija: L-Aħjar Użu tal-Ilsien Malti fil-Gazzetti u l-Internet – Sponsorjata millKunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Victor Vella, Union Print

Kategorija: L-Aħjar Użu tal-Ilsien Malti fuq ir-Radju u t-Televiżjoni – Sponsorjata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Mario Xuereb, PBS

Il-Ġurija ħejjiet ukoll rapport dwar is-sottomissjonijiet u l-livell ġurnalistiku tagħhom, li ġie ppubblikat fil-ktejjeb li tqassam fis-serata.





Leave a comment