Malta-Italja -Florenzi mgħajjat mal-iskwadra Taljana.Vella u J.Borg mgħajjta għal Malta
Sunday, March 24, 2013, 1:49minn Andre’ Xuereb
Alessandro Florenzi ta’ Roma FC ġie mgħajjat għal logħba Malta-Italja biex jieħu post Daniele De Rossi li ser ikun sospiż għal din il-partita.Pablo Daniel Osvaldo ukoll ser ikun nieqes għat-tim Taljan għal-logħba tat-Tlieta.
Terence Vella (Ħamrun S) u Jacob Borg (Balzan) ġew miżjuda mat-tim ta’ Malta filwaqt li Daniel Bogdanovic tħalla barra mill-iskwadra għal din il-partita minħabba injury li sofra l-Bulgarija.
