- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Malta-Ingilterra – L-inglizi f’Malta wara 17- il sena

Posted By Sportinmalta On August 24, 2017 @ 9:43 pm In Featured,Football | No Comments

minn Andre’ Xuereb

Ghaxart ijiem il-boghod minn Malta-Ingilterra ta’ l-1 ta’ settembru, www.sportinmalta.com qed imur lura 17 -il sena, meta fit-3 ta’ Gunju 2000 meta fil-grawnd ta’

Ta’ Qali kienet intlghabet loghba ta’ Hbiberija Malta-Ingilterra 1-2, din kienet l-ahhar darba li Malta laghbet kontra l-Ingilterra f’ Malta , 29 sena wara it-telfa ta 1-0 tat-2 ta’ Marzu 1971.

il-partita ta’ Hbiberija tal-2000 kienet rat fl-azzjoni plejers ta’ Kalibru bhal Gary Neville, Sol Campbell , David Beckham, Dennis Wise , Paul Scholes , Paul Ince, Alan Shearer u Steve          Mcmanaman, l-istess Kowc attwali tal-Ingilterra Gareth Southgate kien laghab 31 minuta ta’ dik il-partita.

Malta-Ingilterra kienet tfisser id-debutt ghal Gowlkeeper Richard Wright eks Ipswich,Arsenal,Man City , debutt terribli li wassal biex gew moghtija zewg peneties mir-referee Braschi lil          Malta, l-ewwel wiehed li gie skurjat minn David Carabott u t-tieni wiehed gie milqugh minn Wright , il-prestazzjoni ta’ Wright tant kienet ta’ livell baxx u li fiha harrgu l-limitazzjonijiet ta’ Wright li wara ftit minuti f’partita ta’ hbiberija kontra l-Olanda , Wright ma giex imsejjah aktar mat-tim Nazzjonali Ingliz , limitazzjonijiet li izda xorta wasslu biex Arsene Wenger kien iffirmah fl-2001 wara li Wenger kien ra fih sostitut denju ta’ David Seaman.

il-gowls tal-Ingilterra kienu gew skurjati minn Martin Keown fl-24 minuta u Emile Heskey fil-75 minuta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/malta-ingilterra-l-inglizi-fmalta-wara-17-il-sena/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.