Malta Heat rebħu l-ewwel turnew internazzjonali tal-baseball

Monday, September 10, 2018, 8:39

Malta Heat rebħu l-ewwel turnew internazzjonali tal-baseball, il-Hardball City Cup f’Marl, fil-Ġermanja, fejn it-tim Malti rnexxielu jirbaħ erba’ logħbiet minn ħamsa.

Il-logħob intlagħab fil Johanstadion f’Marl, fejn it-tim Malti kien imħarreġ sew matul is-sajf għal dan il-kampjonat. Il-kowċ Michael Bartolo ipprepara sew lill-plejers tiegħu biex ikunu ta’ livell għal din il-kompetizzjoni.

Fl-ewwel logħba Malta Heat għelbu lil NRW Allstars 2 – 1
Fit-tieni logħba għelbu lil Rheine Mavericks 18 – 4
Fit-tielet logħba kisbu rebħa tajba ta’ 24 – 5 Marl Sly Dogs
Fir-raba’ logħba reġgħu rebħu lil Marl Sly Dogs 10 – 1
Iżda tilfu t-tielet u l-aħħar logħba kontra Marl Sly Dogs 6 – 12.

Wara r-rebħ ta’ dan it-tornew, l-għanijiet ewlenin għal Malta Heat għas-sena d-dieħla huma li jipparteċipaw fit-Tazza Konfederazzjoni tal-Baseball Ewropea, fejn se jiffaċċjaw l-aqwa timijiet tal-klabbs ewropej.





Leave a comment