Malta fit-tielet post f’Ċipru fil-Lotta

Friday, March 25, 2011, 17:12
Abraham Vassallo

Abraham Vassallo

Malta żammet l-appuntament ta’ kull sena fil-kompetizzjoni msejħa Mediterranean Cup organizzata f’Larnaca minn Cyprus Wrestling Federation fejn ħadu sehem seba’ nazzjonijiet.

 It-tim Malti taħt id-direzzjoni tal-kowċ Jesmond Giordimaina kien magħmul minn Adam Vella (60kg), David Zammit (66kg), Andrea Saliba (74kg) u Aidan Buhagiar (120kg). Il-kontinġent Malti kien jinkludi wkoll lil Abraham Vassallo li barra milli jgħin lill-kowċ nazzjonali qed jagħqdi wkoll id-doveri ta’ referee. Din id-darba l-aktar lottatur Malti li spikka kien Adam Vella.

Minkejja li l-Maltin ma rnexxilhomx jirbħu midalji huma kellhom riżultati biżżejjed biex temmew fit-tielet post. Din il-kompetizzjoni ntrebħet mill-Greċja filwaqt li Ċipru temm fit-tieni post. Il-Bulgarja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Isvizzera temmew wara Malta.





Leave a comment